Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2007

Jibda l-assedju

Lura d-dar wara t-trauma li tiżvojtja l-kamra tas-Seminarju (KIF jidħlu daqshekk affarijiet ġo kamra daqshekk żgħira!?). Hemm tibda t-trauma akbar li terġa tħott kollox u tara fejn se ssib post biex iddeffes l-imbarazz u l-kotba li jkunu akkumulaw matul sena sħiħa. Biss dis-sena għandha kamra ġdida fejn nitfa’ l-imbarazz!!!

L-ewwel li ġieni f’rasi kien li naqbad dawk it-tliet xkejjer programmi tal-festi li ilhom sena fil-gallarija u nitfa’ lilhom l-ewwel fuq l-ixkafef il-ġodda. U hekk għamilt. Ġurnata sħiħa ndaħħal il-programmi u nifridhom festa festa. Meta kollox kien lest anqas ridt nemmen bl-ammont li kelli. 99 festa differenti, b’diversi festi li kellhom aktar minn pubblikazzjoni waħda. Naħseb li b’kollox hemm aktar minn 200 soċjetà jew parroċċa mdaħħlin. L-aktar programm awtentiku antik li għandi huwa dak maħruġ mill-parroċċa tal-Ħamrun għall-festa ta’ San Gejtanu 1970. L-aktar programm photocopied antik li għandi huwa dak tal-festa titulari ta’ Santa Marija ta’ l-Imqabba 1956. Biex frixthom użajt tliet xkafef mad-dawra kollha tal-kamra. Tgħidli qalbi meta se nqiegħdhom f’posthom mhux se jidħlu fil-biċċa li għandi allokata għalihom…


2 comments:

Anonymous said...

Jonjon, ara qis li l-ixkaffi ma humiex kollha tieghek ta!
Kuntenta li qed issibhom utili imma :)
Rosie

Anonymous said...

Jonjon, ara qis li l-ixkaffi ma humiex kollha ghalik ta. Specjalment il-corner.
Glad li qed issibhom utli imma:)
Rosie