Il-Ħadd, 3 ta’ Ġunju 2007

Fl-aħħar… SAN ĠORĠ PRECA… l-ewwel qaddis MALTI

Illum huwa jum ta’ ferħ kbir għall-Gżira tagħna. Malta llum rat lil wieħed minn uliedha mogħti l-għola ġieħ li jista’ jingħata. Malta llum rat lil wieħed minn uliedha jiġi ppreżentat lid-dinja bħala mudell ta’ ħajja nisranija. Malta llum rat lil wieħed minn uliedha jiġi ddikjarat QADDIS mill-Qdusija tiegħu l-Papa Bendittu XVI.

Il-pjazza tal-Vatikan kienet għasra minħabba x-xita li kienet nieżla, imma xorta waħda dan ma qatax il-qalb ta’ ‘l fuq minn 5000 pellegrin Malti li mar hemm jingħaqad mal-bqija tan-nies biex jassistu għal dan l-avveniment storiku.

Aħna li bqajna Malta rajna kollox ġo l-AVR flimkien mal-Viċi u mas-sorijiet. Il-Viċi rama l-inkwadru ta’ Dun Ġorg u r-relikwija biex inkomplu nżidu ma’ l-atmosfera. Meta l-Papa qara d-digriet tal-kanonizzazzjoni lkoll kemm aħna qabżitilna demgħa. Veru kienet sabiħa. Ovvjament, jien naħseb li konnha f’pożizzjoni aktar komda minn sħabna li kienu Ruma – almenu rajna kollox ċar u mill-qrib u ma sirniex flieles. Madankollu naħseb li hemm kien hemm atmosfera sabiħa wisq ukoll. L-għajjat ta’ “Ġorġi! Ġorġi!” li ŻGUR oriġina mis-seminaristi ġibed l-attenzjoni anki tal-Q.T. li tbissem tbissima veru ġermaniża u dar iħares lejn in-naħa minn fejn kien ġej l-għajjat. U l-Q.T. seraq qalb kulħadd x’ħin beda jitkellem bil-Malti (eċċellenti!) u qalilna biex inżommu lil San Ġorġ Preca bħala mudell għalina u biex bħalu nsiru ħbieb ta’ Ġesù.


Il-prepost kien jidher qisu se jmut bl-eċitament (nittama li kien libes il herr binde). L-iżmagu kien gustuż iżomm ktieb ikbar minnu. U kemm jaf iżomm serju! Ir-reverendudu l-vanġelu kantah sew – u dik it-tbissima li dejjem ikollu fuq wiċċu ma kienetx hemm… mmm…
Wara kellna pranzu babaw. Almenu ċċelebrajna kemm stajna to the full.



Viva San Ġorġ Preca!


No comments: