Mela… fil-għodu spiċċajna s-Seminarju (trawma biex niżżilt kollox) u fil-għaxija erġajt mort Ħ’Attard għax kellna laqgħa tas-Summer Club (l-ewwel waħda għalija, it-tielet waħda għalihom). Insomma, wasalt kmieni u l-madam ta’ l-iskolasajf kienet għadha ma ġietx. Ġew xi għalliema oħra u ma għarafniex lil xulxin. Imbagħad ħarġet il-parish office secretary u qaltli: “Mr int mhux għas-summer club? Mela għax ma dħaltx?!” Insomma b’xi mod ħarġet li jien is-seminarista li se nkun magħhom. Għamilna nofs il-laqgħa npaċpċu fuq il-festi tan-naħat tagħna. Ara veru dinja oħra. Il-laqgħa ħadt pjaċir – hemm programm varjat u interessatni.
Wara stednuni noqgħod għall-KPP. Bqajt hemm bit-tama li l-kappillan jinduna bija u forsi niftiehmu xi ġurnata meta jispjegali x’se nħawwdu dis-sena. Rani, xejjirli, talbni l-mobile u daqshekk. Eħħ…
Il-laqgħa tal-KPP kienet… differenti milli niftakarhom l-Imqabba. Ir-raħal konnha nkunu xi tużżana madwar mejda niddiskutu. Ħ’Attard konnha xi 30 ġo AV hall, b’mejda għaċ-chairperson, is-segretarja u l-persuna li jkollha xi input x’tagħti, bin-nies jgħollu idhom biex jitkellmu, biċ-chairperson iżomm l-ordni eċċ. Ok, xi affarijiet huma in komuni. Il-colmo intlaħaq fl-aħħar meta, waqt li kienu qed jiddiskutu (bla ma’ jilħqu qbil) dwar ir-rigal tal- Ġinġer, qamet waħda u b’eċitament kbir waqqfet il-laqgħa biex thabbar li binha bgħatilha sms minn Luxemberg biex jinformha li Blair se jsir Kattoliku. OMG. That, thankfully, put an end to it.

No comments:
Post a Comment