Filgħaxija mort għall-għasar u għall-quddiesa ta’ lejliet il-festa unika f’pajjiżna ddedikata lill-Madonna tal-ġilju. Waqt l-għasar qgħadt nintona l-antifoni (oho!). ħadt gost nara lill-abbatini jippruvaw isegwu minn fuq il-ktieb sakemm qatgħu qalbhom u tefgħuh fuq is-siġġu. 
Il-mużika kienet sabiħa, avolja orgni biss.Wara mort għal pasta night fund raising għall-grupp Viva s-sajf tat-tfal ta’ Bormla. Ħadna pjaċir. Wara qgħadt nitkellem ma’ wieħed minn sħabi ta’ Palermo u ġeddidna koċċ memorji. Wara rċevejt messaġġ mingħand Rod li kienu r-raħal ifittxuni. Mort s’hemm u sibthom bla taħbit. Ħadna pjaċir nara in-nar, speċjalment in-nar ta’ l-art (ma’ kull raddiena Pollon u Rod bdew jinżlu kokka ma’ l-art bil-biża’ li ttir xi biċċa raddiena fuqhom!). Domna sa xis-1:00 flimkien, imbagħad ftehmna li l-mtg li jmiss se jkun lejliet San Nikola għand Fanny!

No comments:
Post a Comment