Illum il-Knisja ċċelebrat is-solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, magħrufha bħala Korpus. Hija festa li hi għalqalbi ħafna…
Fil-għodu kelli servizz il-Belt, imma bdilt ma wieħed biex mort l-Imdina minflok, bit-tama li ndumu inqas. Spiċċajna biex DOMNA ĦAFNA – tal-Belt waslu lura qabilna. Eħħ… min jixtieq id-deni lil ġaru jiġi f’daru…
Fil-għaxija nżilt sar-raħal u ħadt sehem fil-quddiesa u l-purċissjoni t’hemm ukoll. Kienet sabiħa ħafna. Intużat għall-ewwel darba l-isfera l-prima ta’ l-1754 minn mindu ġiet irrestawrata u bbanjata mill-ġdid. Għaddejna minn rotta itwal minn tas-soltu – il-kapo messu jgħaddi l-purċissjonijiet kollha minn hemm, mhux naqra kemm induru mal-pjazza qisna l-boloh. Hu qal li jixtieq, imma tal-każini ma jknux iridu…
Wara mort sa għandu mal-patri li ġie jmexxi l-festa u paċpaċna ftit fuq tazza Sprite.

No comments:
Post a Comment