Bħal kull sena, fl-aħħar lejl tas-Seminarju kellna l-famuża last night night celebration. Naħseb li fis-6 snin li ilni hemm din kienet l-aktar waħda tajba li kellna. L-ikel kien tajjeb ħafna (insomma, dwar l-ikel tal-parties qatt ma kelli xi ngerger…) il-Bunny qagħad isajjar. Għandu don għall-kebabs. Il-logħob kien tajjeb ukoll. Jien ħadt sehem fil-logħoba li nieklu tuffieħa minn ġo bieqja dqiq bla ma mmissuha. Kiltha (imma ma rbaħtx). Magħha blajt nofs id-dqiq li kien hemm u spiċċajt b’ħalqi għaġina. Terrible. Imma dħakna. Ir-ritratti li ħaduli jiswew il-flus. It-tug of war kellu konklużjoni mhux mistennija. Kien hemm seminarista dejjem serju li ġietu l-idea li meta ta’ kontrihom jiġbdu, huma jitilqu l-ħabel. Hekk għamlu u persuna importanti spiċċat fl-art u ħabtet rasha… Il-ministru tas-saħħa tgħidx kemm xejjer idejh u waħħallu silġ ma rasu…
Il-video presentation ta’ din is-sena kienet oriġinali. Anke dak li ġara wara. Mela peress li r-rev. Guggu kien il-kap tal-GĦK, kien f’idejh li jagħmel il-video ta’ din is-sena. Kellu idea tajba li kienet tikkonsisti f’li jagħżel grupp ta’ seminaristi u jippreżenta storja taparsi sen’oħra se joħorġu għall-elezzjoni bil-partit Sunflower Party. Kollox kien mibni fuq script tajjeb ħafna u mżewwaq b’ħafna ritratti minn din is-sena. L-idea li ingħatat tiegħi mill-għażla ta’ dar-ritratti kienet li jien xi ċuċ li nagħmel reklam tal-mapep tal-Girgenti u li jien kriminal li nittortura lix-xjuħ u lill-irjus tal-pupi. La nsib ir-ritratti npoġġihom.

Ara veru jrid ikollok DON biex jirnexxilek tidħol ġol-basal b’dal-mod.
No comments:
Post a Comment