It-Tnejn, 25 ta’ Ġunju 2007

It-tieg tal-B

Fil-għodu kelli nqum għas-servizz ta’ San Ġwann. Taf x’ħeġġa! Immaġina purċissjoni ġo nofs Strada Merkanti u Strada Rjali il-Ħadd fil-għodu!!! Almenu kien hemm l-Arċ biex jgħollili ftit il-moral. Waqt il-qari wieħed mill-kavallieri qara qari b’ieħor! Imbasta ta’ l-Ordni, biex probabli anqas imorru quddies! Tse!
Wara l-ikel ta’ nofsinhar irqadt raqda tajba u mort għat-tieġ ta’ B. Ipparkjajt ħdejn il-knisja parrokkjali ta’ San Ġiljan u tlajt bil-mixi (qlajt il-bażwa) sal-knisja ta’ Lapsi. Kif dħalt kien hemm sagirstan u staqsejtu (biex inkun ċert) jekk hix il-knisja ta’ Lapsi. “Le! Din l-old parish church of St Julian’s!” “Iva, imma magħrufa bħala ta’ Lapsi, hux?” “Ħażin jekk magħrufha hekk. Din ta’ San Ġiljan! Allaħares ikunu jafu l-Ingilterra li jsejjħulha ta’ Lapsi…” (L-Ingilterra fejn tidħol, pray?) Għal mument niżżilli msarnejja ġo saqajja għax ħsibt li mort knisja b’oħra. Imbagħad rajt isem l-għarajjes fuq id-djarju tal-knisja u ġejt f’posti. Daħal seminarista ieħor, kuġin ta’ B, li kien għamel sajf San Ġiljan. Dan mill-ewwel sellem lix-xiħ u staqsieh kif inhu. U beda jeqred u jgerger li ra l-gwerra u ma nafx x’ra aktar u għadu ħaj.
Il-quddiesa kienet sabiħa ferm. L-unika kanna li konnha s mmutu bis-sħana – għax is-sagristan ħalla fann fuq l-artal, imma li l-wire tiegħu ma jwassalx sa fejn kien hemm id-dawl mal-ħajt. Grrr… Għall-ewwel darba, qrajt vanġelu f’quddiesa ta’ tieġ, fuq ordni tal-qassis.
Wara kellna l-party f’Torre Paulina. Ħadna ħafna gost. Domna sa l-aħħar. Erġajt iltqjat ma’ ħafna nies minn tal-fellowship. Ġeddidna koċċ memorji. Iddiskutejna xi kanen li ġew maż-żmien… imma ħadna pjaċir. Fl-aħħar iltqajt ukoll ma’ waħda nurse li kienet ġiet miegħi Palermo l-ewwel darba… Anqas għaraftha!!!

No comments: