Il-Ħamis, 7 ta’ Ġunju 2007

lejliet l-ewwel final... il-pjaneta tal-papa... il-quddiesa fuq il-fosos...

Bħalma wieħed jista’ jobsor, illum kienet ġurnata ta’ turment psikoloġiku KBIR. Kultant tippreferi li meta nidħol norqod jumejn qabel eżami, nqum dakinhar ta’ l-eżami. Lejliet hija l-agħar ġurnata. Insomma, għamilt ġurnata naqra u nerġa’ naqra (sakemm kont letteralment se naqla’) n-noti ta’ l-Iskrittura. Qabżet bl-ikraħ, tant li meta sar fil-għaxija u kelli ninżel għall-quddiesa fuq il-Fosos ħadt ir-ruħ. Barra minn hekk il-ma llum kellha tmur sa Brussel tiltaqa’ ma’ oħti l-kbira. X’ħin VERU ma kelli aptit xejn, bgħatt messaġġ lil oħti biex nara kienetx waslet. Kienet għadha anqas biss telqet minn Malta. Ehm…

Fil-għaxija tlaqna mis-Seminarju f’xis-18:00. Solennità u decorum? Ma jeżistux. Kulħadd bit-T-shirts u bis-staten ġol-basktijiet tal-plastik, għax peress li konnha se nibdew San Ġwann u se nispiċċaw fuq il-Fosos, għedna li aħjar ma nħallux bagalji hemm. Mela kollox ġol-basktijiet tal-plastik ħalli mbagħad kemm nitfgħuh f’but.

Wasalna kmieni, bħas-soltu. Kien hemm konfużjoni ta’ qassisin TAL-BIŻA’ – kien qisu meta kien se jiġi ordnat l-arċisqof. F’xis-19:00 bdiet miexja l-purċissjoni minn San Ġwann għal fuq il-Fosos. Peress li jien kelli servizz ta’ liber, kont wara nett, ma’ l-arċisqof. Meta ġejna biex noħorġu aħna, naħseb li s-salib kien ġa wasal Putirjal daqs kemm kien hemm saċerdoti.

Mela ħareġ l-arċisqof ma’ żewġ djakni Għawdxin (għax tagħna JAĦASRA qiegħdin irtir - njh njh njh) u kellu fuqu pjaneta oranġjo. Bla ma tajt lili nniffsi biżżejjed ċans nirraġuna x’kont se ngħid (kultant il-ħbiberija ddaħlek fil-basal) għedtlu:
“Eċċellenza! Kont naħbek għandek gosti aħjar fil-vestwarju!”
Pawlu ma deherx taken aback u kien pront qalli: “Din libisha l-papa!”
“B’daqshekk ma jfissirx li hi sabiħa, eċċellenza!”
OMG! Oh MY God! Oh my GODDD! Veru każ ta’ I put a deeper meaning to “FOOL!
Insomma l-arċ daħaqha u komplejna qisu qatt ma kien xejn.


Il-quddiesa kienet sabiħa ħafna, esperjenza li veru ma ninsiha qatt. Il-Fosos kien maħnuq bin-nies. ĦAFNA. Kien qisu meta ġie l-papa (forsi mhux daqhsekk, imma qrib). Minn kull fejn għaddejna: fil-Belt, fit-toroq, fit-terminus, fuq il-Fosos… iċ-ċapċip ma’ qata’ xejn. In-nies veru daħlu fiha din il-kanonizzazzjoni. J’Alla tħalli l-frott spiritwali mixtieq.

Illum ħabat koċċ riħ sew (kien hemm żewġ bandalori kważi qalgħu l-arblu b’kollox) u meta r-relikwija bid-demm ta’ Dun Ġorġ tpoġġiet fuq il-pedestall li tħejja għaliha kienet se ttir. Kellha tinstab soluzzjoni malajr… u being Maltese kien hemm xi saċerdot li ġab biċċa tape tad-dawl u rabatha mal-pedestall bih! Induratura?

Waqt li l-arċ kien qed jagħti l-barka ta’ l-aħħar (u jien kont quddiemu bil-liber) il-mob beda jivvibra ġol-but. Imnalla kien fuq is-silent għax kont nagħmel figura ta’… FOSSA. Kienet oħti l-kbira biex tgħidli li l-ma ma ntilfitx u li kienu qed jieklu f’lukanda European standard! Il-ħsieb li l-lejla kelli nikkuntenta b’hamburger mingħand iz-Zagallo ma tantx għen…

No comments: