Illum kienet ġurnata fejn qabżitli bl-ikrah! Ir-riħ li donnu qabadni minn nhar il-Ħadd ‘il hawn donnu qaleb għall-agħar għax qed iħeddilni u t-tqaħqiħa dejjqitni. Biex tgħaxxaq wara l-ikel qabadni s-sulluzzu u għadu ma għaddilix! Uff. Ippruvajt nistrieħ ftit darbtejt forsi nħossni xi ftit aħjar imma għalxejn. Anqas haqq il-ħin li ħlejt nitqalleb ġos-sodda! Kieku mhux għax nhar il-Ġimgħa għandi l-karta tal-Morali kont immur s’għand it-tabib. L-istudju dejjaqni wkoll. Iff, qisu ma jrid jidħol xejn!!
L-unika waħda tajba tal-lum kienet email li bgħatitli oħti dwar il-gallarija – għax il-bieraħ indunajt li kien hemm żewġ bozoz neqsin u li l-bqija kienu mħawwdin… Din hi l-email.
Konna qed nieklu u smajna il-banda fil-bogħod u iddeċidejt li immur nixgħel il-gallarja just in case…[unqoted text dwar il-qagħda tar-raħal] Waqaft niekol u tlajt nixgħel. Dehrli li smajt paq u naħseb irreġistra li splodiet xi bozza oħra (nothing new)…erġajt inżilt niekol. 10 minuti wara (konna għadna ma spiċċajniex nieklu) nisimgħu il-banda wara l-bieb – ġirja għal ġol-parapett [unqoted text fuq xi vecchia fiamma]. Irreġistrali li kien hemm ftit dawl u ħsibt li peress li il-bozoz tal-kulur ma jurux ħafna imma ħriġt rasi biex nittawwal and HORROR OF HORRORS kienu mixgħulin biss dawk ta fuq il-bieb… u minnhom kien hemm xi 2 homor (eeeek) mort nistaħba. Il-ma kien ħa jtiha ħass ħażin u qalet li aħjar ma xgħelna xejn! (Do you blame her). Sadattant għaddiet il-banda u in-nies. Back to eat. Naħseb li il-bieraħ il-pa irranġa xi ħaġa fihom…saru technicolour iktar milli kienu…u il-blu xorta mhux qed jixgħelu!
© Frances C Farrugia

No comments:
Post a Comment