It-Tnejn, 25 ta’ Ġunju 2007

Lejliet San Nikola

Oħo, beda sew l-istaġun tal-festi! U bdejna bit-tajjeb għax kelli żewġ stediniet f’daqqa. Biex ma niġġieled ma ħadd mort l-ewwel ftit għand min stedinni t-tieni, imbgħad mort il-bqija tas-serata għand min stedinni l-ewwel.
Is-serata bdiet billi mort smajt quddiesa s-Siġġiewi stess, xejn xejn nara naqra l-knisja armata verament sabiħa, mhux hekk? Il-kanna hi li ma lħaqx nieħu ritratti. Qaddes il-Faħal, priedka tajjeb ħafna. Wara l-quddies ġie jkellimni l-ministru ta’ l-Edukazzjoni… kemm jiena POPOLARI!!! U mbagħad dħalt ġos-sagristija npaċpaċ mas-saċerdoti u s-seminaristi t’hemm. Wara dan, mixja s’għand sieħbi tal-kors Varistu u għamilt hemm xi nofs siegħa. Meta beda n-nar tlaqt, mixja oħra sal-qalba tar-raħal sad-dar cinquecentesca ta’ Fanny. Peress li dal-għodu (l-ewwel ġurnata tal-vaganzi) qomt b’infezzjoni f’widnejja u t-tabib tani koċċi antibiotics oħra, ma stajtx niehu grokk tal-birthday. X'taghmel? Imma l-kumpannija kienet sabiħa.
F’xil-23:30 morna naraw iċ-ċikċifogu. Fil-pjazza ltqajta ma godz Palermo ppl – veru bla ħsieb. Ħadna ħafna pjaċir. Sirt naf li Debbie u Nigel ġa se jkollhom tarbija. Dott, ħi!

In-nar kien verament sabiħ. L-irdieden ħadmu kollha u kienu oriġinali. Pollon niżlet tistaħba ma’l-art f’xi tnejn. Eħħ...

No comments: