It-Tnejn, 4 ta’ Ġunju 2007

DVDs... u studju

Illum kienet ġurnata boring to say the least. Issa li l-eċitament kollu tal-kanonizzazzjoni għadda, erġajna ffaċċjajna r-realtà.. realtà li fiha martell enormi li kull tant ħin iħabbat waħda fuq rasna. Il-martell jismu FINALS. Il-ġurnata għaddejta nistudja l-punti ta’ l-iskrittura u bdejt id-Domma. Illum għamilt l-ewwel parti mill-Christian Anthropology. Uff.
Li kien fiha tajjeb kien li matul il-ġurnata l-video u l-PC ma waqfux. L-ewwel daħħalt il-programm tal-festa ta’ Santa Katarina (iż-Żurrieq) mis-sensiela Bandalori (Super One TV 2004), imbagħad daħħal l-ewwel u t-tieni parti tat-TV film Jason and the Argonauts (Hallmark 2000) u mbagħad ġie l-Bunny u tani A child called Jesus biex nagħmilulu. Ħabat tajjeb għax il-video li għandi jien kellu biċċa nieqsa – issa għandi kollu!!!

No comments: