L-Erbgħa, 13 ta’ Ġunju 2007

Il-programm mużikali tal-Banda Lily

Il-bieraħ, bħal kull sena, kont mistieden u attendejt għall-programm sbiħ ferm li l-għamlet il-Banda Lily fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju li se tiġi ċċelebrata fir-raħal nhar il- Ħadd li ġej. Għad-differenza ta’ snin oħra, dis-sena kelli post fl-ewwel ringiela, maġenb il-kappillan. Ħadt pjaċir. Naħseb li mużikalment u bħala eżekuzzjoni l-isbaħ silta kienet il-concert overture Romantica tas-surmast Joseph Darmanin, il-fundatur tal-Banda, li miet is-sena l-oħra. Dis-sena ma kienx hemm nar sinkronizzat mal-mużika – ħasra, għax kont inkun qed nistennih. In-nar li kien hemm dis-sena kien bħala għeluq ta’ waħda mis-siltiet, dik b’selezzjoni ta’ diski tal-Queen. Tutto sommato ħadt pjaċir – u l-ambaxxatriċi li kien hemm tkellemt tajjeb ħafna.

No comments: