Il-Ħamis, 28 ta’ Ġunju 2007

Serata meraviljuża

Il-bieraħ mort ngħum ma’ wieħed qassis ħabibi.
Mort għall-quddiesa tas-18:30 fil-parroċċa tiegħu. Wara, kif kont qed nistennih ġiet mara b’mejda f’idha u qaltli/stednitni/ordnatli ngħinhom itellgħu l-imwejjed għall-pasta night li għandhom għada. They DO have a way to involve people. Assumejt li l-fund raising hu għal xi sett gandlieri tal-fidda; hu merieni u qalli li għall-pittura tal-koppla. Meta dil-pittura ssir, jien inkun ilħaqt soru. Meta ġie u rani niġri bl-imwejjed qalli “Ejja ħa mmorru għax għanda laqgħa ma’ l-arċisqof!” ?! Kif dħalt fil-karozza u xegħelt il-mobile, Madonna, nsib sms mingħand l-arċ! OMG!
Ma konnhiex nafu fejn naqdu mmorru u mbagħad issuġġerejt post (mhux se ngħid fejn, tifhmu għala aktar tard). Għal mument ħsibt li mhux se togħġbu l-idea minħabba li kien pjuttost imbiegħed minn fejn konnha. Però ftehmna mill-ewwel u morna s’hemm. Biex wasalna kważi kissirna l-karozza, no problem. Il-post veru SABIĦ. Bla bram, nadif, kwiet. U bla nies. Kapixx għala mhux qed ngħid fejn?
Għomna xi siegħa, imbagħad għamilna xi siegħa nismgħu l-mewġ u nitkellmu u mbagħad morna ħadna ħobża biż-żejt. U qsamna nofs landa ġelat tal-bacio – id-darba li jmiss se jkolli żaqq daqshiex! Serata meraviljuża.

No comments: