Il-ġimgħa li għamilt is-seminarju wara li spiċċaw l-eżamijiet kienet ġimgħa… differenti. Kelli ppjanat li nikteb l-artiklu għall-programm tal-festa ta’ Santa Marija. Ħa. Kelli wkoll nittraduċi mill-Ingliż għat-Taljan poster fuq kif jispiċċa l-ġisem ta’ min ipejjeb biex tintuża għal-life skills mat-3a f’Palermo. Ħa ħa ĦA!
Il-ġimgħa kienet bażikament maqsuma bejn baħar u sodda. Aktar sodda milli baħar. Għar Lapsi kien sabiħ, ħlief meta kien hemm il-mewġ ‘il ġewwa u kien hemm naqra minn kollox jgħum f’wiċċ l-ilma.
L-ammont esaġerat ta’ rqad kien mhux tas-soltu… Boq. Naħseb li l-antibiotics li tani t-tabib kienu naqra qawwijin wisq u spiċċajt iddowpjat b’overdose! Imma nsomma, l-aqwa li striħajt. Ma nistax nimmaġina meta nista’ nerġa’ nagħmel xi ġimgħa oħra hekk.

No comments:
Post a Comment