Il-Ġimgħa, 1 ta’ Ġunju 2007

Ħela ta’ ħin u Xarabank mill-Vatikan

Illum, lejliet il-viġilja tal-kanonizzazzjoni, b’Seminarju kważi vojt kelli ġurnata… ehm… differenti milli kelli dan l-aħħar. Nista’ nammonta għal madwar nofs siegħa studju b’kollox. Kien hemm xi sagħtejn u nofs irqad, ħafna (ĦAFNA) ġiri barra, u xi editing minn videos għal DVDs. Illum għamilt La Traviata (Teatro La Fenice 1982) u kważi spiċċajt Sleeping Murder. Il-lejla se naħraq it-tieni parti tal-programm Forċina tal-festa ta’ Santa Katarina 2000. Barra minn hekk fost il-ġiri li kelli, mort sal-Librerija Preca u xtrajt sett ta’ bolol li ħarġu fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tas-Soċjetà tal-Museum u d-DVD tal-funeral ta’ Dun Ġo… San Ġor .. il-Beatu… whatever.
Fil-għaxija kienet okkażjoni ferm rari fejn rajt Xarabank sa l-aħħar. Kien minn Piazza San Pietro u kien jitratta fuq Dun Ġorġ. Ara biex irnexxielhom jagħmlu programm minn hemm veru jirnexxilhom jagħmlu kollox! Kien interessanti, u l-intervisti kienu sbieħ. Li kien hemm verament ridikolu kienu l-inserts ta’ l-‘aħbarijiet’ mill-ħajja ta’ Dun Ġorġ matul is-snin. L-‘intervisti’ ma’ Dun Ġorġ u mas-soċi jmorru għal kollox kontra l-ispirtu ta’ l-ewwel snin tas-Soċjetà għax huma ma kienux jitkellmu fil-pubbliku dwar dak li kien isir fl-Oqsma. + l-għażla tal-ħwejjeġ tal-ġurnalisti kienet kerha. Eż dik li ġiet tħabbar il-mewt ta’ Dun Ġorġ kienet liebsa qmis sewda u ngravata kbira safra. Shocking.

No comments: