Il-ġurnata kienet sabiħa! Ehm, bdiet sabiħa.
Morna għall-eżami u ma ħadt XEJN miegħi ħlief biro u lapes. Dħalt għall-eżami qisni xkora nervi se jisparkjaw, rajt il-karta u qbadt intiha ż-żejt. Kienet ċara ħafna u veru ma kellniex għalfejn ingergru. Insomma għamilt sa l-10:06 (mid-9:15) nieħu n-noti u mbagħad qbadt nikteb qisni għandi x-xjaten jiġruli wara l-pinna. Għall-ewwel bdejt nitfa’ dettalji ta’ qżież, imbagħad, lejn l-aħħar, qtajt qalbi u bdet nikteb żewġ linji fuq kull tema biex illaħħaq. Naħseb li għamilt karta tajba.
Wara l-ikel morna ngħumu – l-ewwel għawma tas-sena. Għar Lapsi kien mill-isbaħ, u ma kienx hemm folol ta’ nies li ma jkollokx fejn tħalli l-basket.

Fil-għaxija mort għat-tridu. Il-quddiesa kienet sabiħa, bil-priedka fuq il-qalb ta’ Ġesù peress li llum taħbat il-festa tiegħu. U waqt il-funzjoni ta’ wara żanżanna l-kotba li ħejjejt jien bil-liturġija. In-nies donnhom apprezzawhom għax użawhom u segwew minn fuqhom. Ir-rettur tal-fratellanza ġie jirringrazzjani.
Intanto kien hemm xi ħbieb li marru saż-Żejtun għall-marċ ta’ l-aħħar tridu. Mid-dehra xi każin minnhom waħħal xi bust mal-faċċata li ġibed ħafna attenzjoni. Meta rajt ir-ritratti li bgħatuli fhimt il-għala. M’hawnx ieħor bħalu (u nittama li ma jkunx hawn).

No comments:
Post a Comment