Il-ġurnata naħseb li bdiet tajjeb għax tant irqadt sew li ma ridtx noħroġ mis-sodda. Qabel tlaqna rnexxieli nerġa’ ngħaddi l-punti prinċipali. Waqt li konnha sejrin irċevejt messaġġ ta’ awgurju mingħand xi ħadd li mhux suppost kien qed jibgħat il-messaġġi. Bgħattlu lura li napprezza u li ħasra li ma kienx hemm il-bieraħ għax kienet veru sabiħa. Reġa’ wieġeb li ta’ nhar il-Ħadd kienet ħafna isbaħ. Mmmm… Hawn ċerti nies jaħsbu li jekk tiftaħ ħalqek qed tagħmel hekk bil-ħsieb li tigdimhom… (mind you, ġieli jkun il-każ, imma mhux dejjem! Gott!) Insomma bgħattlu lura li aħjar ikompli dak li suppost qed jagħmel għax “nidħol għalik minn ġot-telefon!”
L-eżami naħseb li mar tajjeb. Weġibt il-mistoqsija li kienet ixxebbaħ lil Ġesù ma’ Mosè, mal-profeti u ma’ l-għerf. Ktibt 16-il paġna eżatt. Il-prepost persważ li l-essay li ktibt se tkun dik li tiddetermina d-dottorat. Boq. Xi nies one track minded. Issa naraw. Żgur li waqt l-eżami kont kalm ħafna, minkejja li għamilt mid-9:20 sa l-10:10 nikteb il-punti u mbagħad għamilt sagħtejn u ħames minuti nikteb bla ħniena. Issa naraw x’joħroġ.
Fil-għaxija mbagħad bdejt id-domma. Ommi! Iġri tgħaddi.
No comments:
Post a Comment