It-Tlieta, 5 ta’ Ġunju 2007

uuuuuuuUUUUUFFFFFFFFFFF!

Beda dak iż-żmien terribbli ta’ matul is-sena... jew aħjar ta’ matul darba kull tliet snin! Huwa ż-żmien li (wara li għamilt li kors tal-Marjoloġija u tkellimna fuq Adrienne Von Speyer) insejjaħlu “all expectancy” bħalma kienet il-Madonna qabel Pentekoste. Id-differenza hi li Mary kienet qed tistenna l-Ispirtu li permezz tiegħu saret Omm il-Knisja… jien qiegħed nistenna li nkun bil-qiegħeda quddiem il-karta tal-finals, jew (aħjar) li nkun ħiereġ ‘il barra wara li nkun temmejt tliet siegħat ta’ tortura psikoloġija u fiżika, li normalment issarraf f’kallu tal-qaddisin u fi qtugħ ta’ laħam f’subgħajja l-werrej ta’ idi l-leminija u tentazzjoni KBIRA li naħraq in-noti u li nersaq qrib kull flixkun spiritwali li nara. [Nifs.]
Insomma, it’s that time of the year again.
U tiskanta kif kollox jinqala biex il-ħin jinħela, anke li jiġik f’moħħok li tistampa n-noti kollha p.es. tad-Domma (u tistamphom miż-żewġ naħat ħalli ma taħlix karti, u mbagħad li toqgħod tqassamhom u tisseparhom bid-dividers u tilleghom biex ma joqgħodu jiġru… u għaddew sagħtejn!). Imbagħad, ovvja, la qed joqrob iż-żmien, jiġik f’moħħok li tmur sa photocopy bureau f’Raħal Ġdid (għax irħas minn dawk ta’ ħdejn l-Università) biex tistampa l-kotba tal-liturġija tal-festa tal-ġilju li ilek taħdem… eħm… fuqhom sena sħiħa. Qabel dan trid tagħmel il-proof reading u tara li kollox aligned kif suppost (għaddiet siegħu nofs oħra). La irħas, dak ta’ Raħal Ġdid kien imballat, u peress li int nisrani tajjeb toqgħod fil-queue mhux tipprova tqabbeż kien jagħmel ħaddieħor (47 minuta oħra). Kif jgħaddi l-ħin? Get the gist of it?
Intanto ħraqt id-DVD tal-programm Bandalori 2004: festa ta’ Santa Katarina, iż-Żurrieq u tfajt fil-PC l-videos ta’ I 100 cavalieri (1964) u episodju minn Storie dell’anno 1000 (1970).

No comments: