
Meta wasalt il-knisja u ċċekkjajt li kollox kien tajjeb u li kulhadd kellu ktieb minn fuq xiex isegwi u li l-letturi eċċ. kellhom dak kollu meħtieġ, kien hemm Marì li qaltli prosit tal-quddiesa tal-bieraħ… anke bil-lejl waqt in-nar kien hemm partitarja oħra li rringrazzjatni… meta staqsejthom x’kien hemm speċjali ma riedux jgħiduli… l-affari tinten. Naħseb għamilt xi foul x’imkien.
Insomma, il-quddiesa kienet sabiħa ħafna u l-paniġierku kien tajjeb. Fr Charles fih ġabar it-tagħlim kollu dwar id-Domma ta’ l-Immakulata. Għoġobni.
Insomma, il-quddiesa kienet sabiħa ħafna u l-paniġierku kien tajjeb. Fr Charles fih ġabar it-tagħlim kollu dwar id-Domma ta’ l-Immakulata. Għoġobni.
Wara konna mistednin sal-każin tal-Soċjetà fejn ingħatajna drink u wrewna l-fażi tax-xogħol kif inhi miexja. Mill-qrib l-istatwi u l-figuri ta’ mal-faċċata huma aktar impressjonanti. Ma nafx kif kelli l-kuraġġ noħroġ fuq l-iscaffolding f’għoli ta tliet sulari b’xejn xi jżommni ħlief l-ixkora li qed tgħatti l-faċċata!
Fil-għaxija l-Għasar mar tajjeb u l-purċissjoni wkoll. Apparti problema ma’ persuna li tqabbdet toqgħod hemm tqassam iċ-ċraret lil min jidħol liebes indeċenti u ċ-ċraret baqgħu maqfulin fil-kaxxarizz, u l-fatt li ma kien hemm ħadd għassa ma’ l-affarijiet ġo knisja miftuħa minn kullimkien. L-antifona dis-sena ndaqqet meta l-vara tpoġġiet f’postha flok x’ħin kienet dieħla. Xi moda ġdida bil-barka tal-kappillan.
No comments:
Post a Comment