Bil-kemm indunajt! Wasalna fil-blog numru 100! Nittama li issa li lħaqna numru daqshekk tond u sabiħ ma jfettillix nieqaf ħesrem kif kont għamilt wara l-blog numru 2 sena ilu. M’għandix ħsieb li nagħmel hekk ta. Mur żommhom lill-fans kieku! Ġa irċevejt diversi complaints għax kultant qed indaħħal biss it-titlu u l-kliem inħallih għal wara. Kien hemm ukoll min bgħat emails ta' protesta jgħid (tgħid) li d-daily gossip sar neċessità għalih (għaliha) waqt il-ħin tax-xogħol (trid tieħu break, mhux hekk?), kif ukoll fans oħra li l-blog għalihom sar item ta’ letteratura reliġjuża (!?) għal kull fil-għaxija. We-ell… assolutament ma kelli l-ebda idea li dal-blog se jkollu konkorrenza daqshekk qawwija u varjata. Inwiegħedkom li kemm jista’ jkun inkompli nipprovdilkom tbissima għal kuljum. Jew kważi.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
3 comments:
ma nafekx imma bil-blog tieghek smajt! hehe!
oho! X'insiru famuzi!!! Nittama li smajt bih fit-tajjeb mhux fil-hazin. Jaqaw qallek bih xi seminarista?
leq fit-tajjeb smajt bih! :-)
Post a Comment