It-Tnejn, 5 ta’ Marzu 2007

Indoor games...

Illum kienet ġurnata bomba! Fil-għodu l-universià kellna lezzjoni veru nteressanti dwar il-passjoni. Kienet kastig jew solidarjetà? L-argumenti jammontaw! Lura hawn iċċekkjajt l-email u sibt diversi emails minn studenti li kkonfermaw li ġejjin għall-irtir li se norganizzaw. Wara l-ikel fl-aħħar spiċċajt nikteb l-artiklu għall-programm tal-festa ta’ San Ġuzepp ta’ Ħal Kirkop. Bgħattu email lill-editur u miegħu bghattlu 10.3 MB attachmets ta’ ritratti. Naħseb li mlejtlu l-mailbox, njhnjhnjh.
Wara dan spiċċajt naqra ktieb ta’ Mestres jismu Ma Ġesù kontra l-kurrent, fi kliem ieħor Kristoloġija għat-tfal minn xi żona minsija tal-Brażil. OMG! Imnalla ma kienx twil għax naħseb kont inċappsu ma’ x’imkien!
Filgħaxija kellna quddiesa ma’ l-arċisqof. L-omelija ma naqsitx milli tkun meraviljuża u attwali.La għandna daqshekk imħabba moghtija lilna, kemm aktar ninsabu fid-dmir li nagħtu l-imħabba lura!” “Ma nistgħux inħallu l-ġudizzju jidħol fina!” u ħafna kummenti sbieħ oħra li jagħtu sens lill-ħajja nisranija. Ibqa’ sejjer hekk Pawl! Wara kilna ikla ċiniż babaw u kellna kwiżż seminaristiku. Kellna x-xorti nkunu fit-tim ta’ l-E.T. u anke wara li telaq ħalla l-milja ta’ l-Ispirtu fostna għax minkejja li żewġ mistoqsijiet biss ġibna tajbin, xorta rbaħna (grazzi għall-jollies li sibna njh njh njh)!

1 comment:

francescatherine said...

Ma jmisskomx tisthu!!! Kont ma l-ET u 2 biss kontu tafu tirrispondu. Mela minus jew :)

Ci