It-Tnejn, 19 ta’ Marzu 2007

Nigel’s bach….

Fil-għaxija, wara żewġ quddisiet ta’ ġbir tlaqjt sparat (ehm) sal-Qawra fejn kellna l-bachelor’s party tad-dott. Suppost kellna nkunu hemm fis-19:00. Jien wasalt fit-19:45 u (guess!) kont ta’ l-ewwel. We-ell, meta tqis li Nigel kien jirnexxilu jasal tard anke meta jistedinna għandu, ma toħodhiex bi kbira li sħabu kollha waslu tard bħalu, mhux hekk? Jien qgħadt inpaċpaċ ma’ Flood Sr – veru ħadt gost. Ovvjament issa li qed inħares lura nifhem li kien hemm mumenti li kull ma baqa’ minnhom huma buco nero fil-memorja: bħal per eżempju l-fatt li fuq il-mejda fejn konnha jien Flood sr kien hemm pitcher inid li niftarku mimli u wara niftakru vojt… jew inkella meta kont qed nipprova naqta’ l-laham u sort of is-sikkina bdiet tmur band’oħra… u, biex ma ninsewx ta’ l-aħħar, ma nafx kif filli kont il-Qawra u mbagħad niftakar li kont ir-Rabat… Naħseb dawk iż­-żewg grokkijiet whiskey qabel ma kilt (u xrobt – after all that wine must have gone somewhere!!) għamlu tagħhom… Ħasra li ċerti predictions dwar kif kien se jispiċċa said party (speċjalment dik li ssuġġeriet Mary żbġ) ma seħħewx…

No comments: