
Dil-ġimgħa, b’konnessjoni mal-wirja li ġiet organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Ġilju, ġie mqassam il-ktejjeb
il-Fjur nru 23. Did-darba kelli x-xorti naqsam mal-partitarji tal-Ġilju ħsieb fuq is-sehem tal-Madonna fit-tbatijiet ta’ Kristu. Kien artiklu li veru ħadt gost niktbu u li s’issa għoġob lil kull min qrah u kellimni! J’Alla jkompli jgħin lil kull min jaqrah jifhem aktar is-sehem li kellha Ommna Marija fil-fidwa tagħna.
Grazzi ħbieb (b’mod partikulari lil Marvin), talli għoġobkom taċċettaw dan l-artiklu – nittama li jkollna ċans nerġgħu nikkollaboraw flimkien aktar ‘il quddiem.
2 comments:
Aw Gann! Kieku ghedtli kont naghtik xi notes minn ta' Von Speyr fuq dan it-topic,ghaliex ghandi chapter shih fuq hekk...ghalkemm nahseb li bhalissa ghadu taht embargo :D
mariella
Inkellmek sen'ohra Lily! Forsi nikteb fuq id-duluri tal-Madonna skond Ms V.S.
Post a Comment