.jpg)
Wara li bqajt hawn nagħmel 73 invit ieħor dalgħodu (f’temp ta’ inqas minn siegħa!!!!) mort biex noħodhom il-posta u għaddejt minn triq li suppost kienet magħluqa minħabba t-tfal ta’ l-iskola. Sibt pulizija b’sens morali qawwli li wara li tani ċ-ċitazzjoni ġie biex jgħamilli lezzjoni tal-morali fuq il-ħela ta’ flus minħabba n-nuqqas ta’ attenzjoni... Kien hemm ftit mumenti ffullati bejn x’ħin ftaħt ħalqi jien
}… u x’ħin irriversjajt
College Street kollha – għall-grazzja t’Alla ma tlaqtx b’ċitazzjoni oħra

minħabba nuqqas ta’ rispett lejn persuna ta’ awtorità.
Fil-
Christology komplejna dwar ir-riżurrezzjoni. Moħħi aktar kien fl-Lm20 lira se jkolli nħallas u minn fejn se nġibhom. Wara dan, dort dawra ma’ l-Università darbtejn biex qassamt
by hand (fuq tal-bieraħ) l-inviti ta’ l-għalliema u l-għaqdiet.
Wara nofsinhar mort bir-rigal għand Nigel u Debbie – tajthom ikona tat-Trinità ta’ Rublev – għoġbithom. Issa rrid nibgħatilhom l-ispjega tagħha.
Murder she said ġie tajjeb! Il-lejla żbarazzjat naqra l-kamra u qgħadt nisma’
The Ancient Faith, wara xi sentjen għadu sabiħ.
No comments:
Post a Comment