
Nhar it-28 ta’ Marzu, l-Erbgħa ta’ qabel id-Duluri, jibqa’ mfakkar b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ l-Imqabba, ir-raħal tal-Madonna. B’inizjattiva tas-Sezzjoni Żgħażagħ Santa Marija u mbagħad bil-kollaborazzjoni tal-kappillan u tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, saret l-ewwel żjara mill-E.T. Mons. Arċisqof Pawlu Cremona OP fl-Imqabba.
Wasalt il-knisja f’xil-16:45 u armajt il-kamera biex ikollna tifkira ta’ dan l-avveniment storiku. Wara ftit, fuq ordni tal-Pro-Vigarju, kelli niġri ġirja sad-dar biex inġib is-suttana u l-ispillizza (ovvjament b’naqra bizzilla!) biex inżomm l-asperġes. Imma kif jekk ikun hemm kanna biex tinbela', qisha tkun ippreparata għalija?

Huwa wasal fil-pjazza fis-17:40 – il-knisja kienet ilha ppakkjata mill-17:15. L-unika darba li niftakar li kien hemm aktar nies kien fil-lettorat tagħna f’Mejju li għadda. Hekk kif wasal ċorma tfal marru għal fuqu għall-firma. Wara għamel l-ewwel daħla tiegħu fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija Assunta. Meta kulħadd poġġa kulħadd, il-pro-V għażel li jpoġġi fuq is-siġġu tiegħi (ejj' oqgħod, Pro-V) u għalhekk kelli nagħmel iċ-ċelebrazzjoni kollha bil-wieqfa. (Tkellimna fuq kanen riservati għalija?)
Il-kappillan għamel diskors qasir ta’ merħba u qallu fil-qosor l-

istorja tar-raħal tagħna. Wara nqara l-evanġelju u mbagħad l-Arċisqof tana messaġġ qasir, imma mgħobbi bil-ħsieb: ippreżentalna lil Marija Addolorata bħala l-mudell tagħna “
Il-Madonna, liema qima għanda lejha, hi xinhi, it-togħma tagħha tkun il-Madonna tad-duluri […] il-Madonna taħt is-salib tgħid ‘Mulej, jiena noffri lili nniffsi.’ Il-Madonna taħt is-salib tisma’ lil binha jgħid ‘Mulej aħfrilhom għax ma jafux xinhuma jagħmlu, u l-Madonna, timxi wara Ġesù, dak il-ħin stess, dak il-ħin stess tgħidlu ‘Mulej, lil Ġuda, lil Pietru li ħallieħ, lis-suldati, lil dawn kollha aħfrilhom, biex jiena nkun kif trid int’”. Imbagħad,

ovvjament, saru xi preżentazzjonijiet mill-Kappillan u mis-Sindku, u fl-aħħar l-E.T. ta l-barka pastorali tiegħu.
Wara l-programm kompla minn Akkademja mużikali mtellgħa mis-soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V fil-pjazza. Ħadu sehem il-Banda Re Ġorġ V u s-sopran Francesca Farrugia. Wara l-Arċisqof żar il-każin, bierek u fetaħ uffiċjalement il-wirja
La Semana Santa. Ingħata xi rigali ta’ l-okkażjoni fosthom ktieb dwar is-Soċjetà u karlotta.
Wara dan qasam il-pjazza, fejn ġie milqugħ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Ingħata xi rigali fosthom ktieb dwar is-Soċjetà, karlotta u CD ta’ innijiet Marjani mill-kumitat u wara żar il-wirja annwali tas-Sezzjoni żgħażagħ tal-Ġilju, li din is-sena saret fl-Isptar il-Qadim u ngħatat l-isem ta'
Via Crucis. Tbissem il-ħin kollu.
1 comment:
Aw Prez
How come you haven't adorned this blog with a spread of photos especially of your good self in all your finery!!! Nahseb thabbatha mal-glad rags li kellek nhar it-Tlieta eh? Nothing beats opulent ecclesiastical garb not even a Dior tie njh njh njh (to quote someone we know :P)
Ta ta...
Ajma kemm nidhak meta naqra l-blogs tieghek, man.
Post a Comment