Il-Ħadd, 25 ta’ Marzu 2007

Aktar dwar l-akkademja

Is-Sibt fil-għodu membru tal-kumitat offriet (ċioè r-raġel tagħha offra) li tipprovdi l-programmi bil-profile tal-lecturer eċċ bil-kulur. Wow! Din s’issa qatt ma kienet fl-Akkademja (almenu safejn niftakar jien). Barra minn hekk għamlet script għall-compères veru bomba, bla paroli fil-vojt u b’sense of humour li anke l-arċisqof se jkollu jammetti li hu oriġinali. Njh njh njh.
Wara dan komplejt naħdem fuq id-diskors tiegħi. Użajt ħafna siltiet mill-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI, affarijiet li kiteb meta kien għadu in his cardinal years. Bis-sens ir-raġel – u nzerta kien għamel sensiela ta’ taħditiet eżatt fuq it-tema li xtaqt jien: in-nuqqas ta’ mpenn ta’ l-insara lejn ir-reliġjon tagħhom. Domt madwar 5 siegħat nagħti miegħu u mbagħad bgħattu għaċ-ċensura għand l-akbar fan ta’ dal-blog u qed nistenna risposta. Xtaqt sibt ftit ħin biex nistrieħ minħabba li l-lejl naqilbu s-siegħa (= norqdu siegħa inqas) u minħabba li għandi t-tieġ ta’ Debbie u Nigel…

1 comment:

Ale said...

wiiii prez! I'm becoming as famous as you....sprinkling my name all over the place...LOL