
Dal-għodu, għall-ewwel darba f’6 snin ma qomtx għall-quddiesa!! U qajjini l-għajjat ta’ Romario xi siegħa wara. Għaddew minn moħħi ħsibijiet li kienu jinvolvu siġġu, ħabel, gag, ċavetta, bieb u toilet.
Qomt u ħrabt lejn l-Università. L-ewwel ma għamilt mort sibt lir-Rettur u kontra kull liġi tad-dinja naturali fi żmien ħames minuti kont spjegajtlu x’ġara eċċ u staqsejtu jekk stajtx noħroġ l-inviti jgħidu li l-akkademja hija taħt il-patroċinju tiegħu. Ma sabx problemi, anzi qalli “Bil-qalb kollha”! WOW!
Imbagħad mort xtrajt il-karti (grazzi Bella tad-discount!) u stampjathom kollha (grazzi Paperclips tax-xogħol u d-discount!). Dan kollu seħħ f’inqas minn siegħa. Anqas nista’ nemmen. Minn hemm mort sal-Belt u ħallast id-deposit għall-Aula Magna. Issa kullma baqa’ huwa l-catering u l-mużiċisti.
Sibt lil oħti u għamilna sa l-16:00 niktbu l-inviti. Kullma qed nara quddiemi huma ismijiet ta’ dipartimenti u kummissjonijiet u istituti u isqfijiet! Imma lestejniehom! (Cioè ma’ oħti lestejt il-biċċa l-kbira, koċċ oħra għamilthom il-lelja u l-aħħar ftit nagħmlilhom il-labels għada) Phew! Inkredibbli. Għandi memorji ta’ kamra mimlija nies kulħadd iħarbex l-inviti u ma llestux f’ġurnata! Kemm aħna effiċjenti!

Il-bieraħ ħraqt Hercules u ġie tajjeb.
No comments:
Post a Comment