Wasal il-jum tant mistenni għaż-żewġt iħbieb kbar tiegħi Debbie u Nigel! Niftakar l-ewwel ġurnata li ltqajt magħhom kien nhar Ħadd il-Palm 2002, iltqajna fil-parking area ta’ St. Patricks (fejn saret iċ-ċerimoja taż-żwieġ) u għall-car wash b’risq Palermo 2002: Una colonia unita nelle mani di Gesù. Ftit ġranet wara sirt naf li kienu rranġaw il-lejl ta’ qabel, waqt li kienu ġejjin minn Palermo mingħand is-sorijiet. U llum kellhom l-inkurunazzjoni ta’ dawn is-snin kollha flimkien.
Il-quddiesa kienet neo-liturġija à la Tabone (l-offerti jgħollhom l-għarajjes, l-inbid u l-ilma jferrgħuhom l-għarajjes eċċ – ħafna affarijiet li jidhru sbieħ fir-ritratti), il-mużika kienet mużikali ħafna (eż: introjtu Over the Rainbow minn The wizard of Oz) – iċ-ċelebrant qal li la l-mużika terfagħlek ħsibijietek allura hija sagra! Naħseb anqas għandu idea ta’ xini mużika liturġika u x’mhix! Imbasta nduru ma’ l-arċisqof! L-isbaħ aspetti naħseb kienu x’ħin Sue Bottone (li ftakartha minn Salad Days 1996) kantat Mentre trascorre la vita waqt l-Offertorju u meta wara t-tqarbin intqalu t-talbiet tas-sorijiet. Kważi bkejt.
Il-party mbagħad kien BOMBA. Għall-ewwel daqqew xi żewġ diski konvenzjonali tat-tiġijiet imbagħad bdiet il-MUŻIKA! Doors! Eagles! Diski ta’ Palermo! U m’hemmx xi ngħidu l-mistednin (ie xi 7 ġenerazzjonijiet ta’ Palermo) irvillaw! Veru ħadna gost. Iltqajna grupp li konnha ilna ma niltaqgħu żmien twil. Erġajt rajt nies li kienu ġew miegħi Palermo l-ewwel darba. Ġeddidna koċċ memorji. U m’hemmx xi ngħidu, meta x-xorb beda jagħmel tiegħu bdejna nħossuna f’xi waħda mill-ħarġiet li konnha nagħmlu wara li niġu lura minn Palermo (jew inkella qisna qiegħdin fil-festa ta’ Santa Rosalia – imma tgħidux lis-sorijiet!!!) Veru kien tieġ tal-ġenn. U l-għarajjes kienu ħelwin ħafna. J’Alla l-Mulej iberikkom u jbierek l-imħabba tagħkom għal dejjem, ħbieb!
Il-Ħadd, 25 ta’ Marzu 2007
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment