
Bormla, Bormla,
dear Bormla. Illum kelli 6 quddisiet Bormla (li minnhom ippriedkajt fi 3) u oħra l-Isla. Naħseb li smajt biżżejjed għal xahar! Imma kollha kienu sbieħ. Tiskanta, f’kull quddiesa jiġi xi ħadd jifraħlek jew jitolbok titlob għalih. Veru li l-poplu, minkejja kollox, għadu jfittex il-figura tal-qassis, anke jekk ma jkunx jafu. Kull żjara f’Bormla, il-Belt ta’ l-Immakulata, dejjem iġġibli ferħ u ħafna memorji sbieħ. Veru li għandi dejn kbir ma’ dik il-parroċċa u mal-kleru u l-poplu tagħha. J’Alla Marija tibqa’ dejjem iżżomm idha fuq kull min għeni matul is-sajf li għadda u x-xhur ta’ wara meta bqajt immur nagħti servizz hemm. Ħadt gost ħafna wara tant xhur nerġa mmexxi s-
Salve, il-Kan Ġużepp Bonello qalli “ħa mexxieh int għax issa inti prattikament
de domo!” Wow x’unur. Veru nixtieq nerġa’ nintbagħat hemm xi darba ‘l quddiem.
L-Isla ħadt gost ukoll. L-arċ t’hemm orrajt ħafna wkoll (Smeagol, qiegħed tkabbar il-lista tad-djun!) Hemm erġajt iltaqjt ma’ tifel minn tal-Klabb Sajf, u minkejja li għandu biss 4 snin għarafni u ftakar ismi! Wow! Żgħiru, għadni nħobbok u nimmisjak ħafna!

Wara dan mort sa Ħal Tarxien fejn kien hemm
pasta night fund-raising għal Palermo! Erġajt iltaqjt ma’ koċċ nies, anke wħud minn dawk li kont magħhom l-ewwel darba li tlajt fl-2002 (bħal Desire!)! Erġajt iltqajt ma’ Rod, Tuth, Pollon u Mary żbġ wara żmien! Is-serata kienet stupenda. L-ikel kien tajjeb ħafna u s-servizz kien BOMBA.
Guys and dolls nawguralkom li jkollkom eperjenza eċċellenti. Ħadt ħafna gost li hemm ukoll koċċ nies vera tajbin li rieġa sejrin. L-affari spiċċat mill-aqwa meta Tuth bagħtitli messaġġ u qaltli li rbħat
SIM card tal-
Vodafone. Njh njh njh.
No comments:
Post a Comment