Fil-għodu morna sa l-Imdina mat-tfal tal-live-in. Għall-quddiesa qagħdu eċċellenti. Wara dawwarniehom mal-katidral u mal-mużew… ehm… it-tfal m’għadhomx bħal dari, il-kultura mhix il-forte tagħhom. Inkella jien u sħabi konnha tfal… differenti…
Wara mort sa l-RTK studio 2 fejn irrekordjajna l-programm “Il-kelma tal-Mulej” għar-raba’ Ħadd tar-Randan. Il-parabbola ta’ l-iben il-ħali/il-missier għani fil-ħniena dejjem tibqa’ favorita! Bejn recording u ieħor iddiskutejna ftit il-programm ta’ “Xarabank” tal-bieraħ. Sinċerament għandi d-dubji tiegħi kemm jista’ joħroġ ġid minn programmi simili fejn il-kelma ta’ Ċikku l-poplu tiġi ppreżentata bħala l-għerf tad-dinja moderna. Barra minn hekk dal-programmi qed jagħtu spazju għal diversi setet bħan-New born Christians biex ikomplu jżidu mal-konfużjoni fl-imħuħ!
Wara mort sad-dar għax kont qed inħossni patata. Fuq id-desk sibt fotokopja jew scan ta’ artiklu li kont ktibt għall-programm tal-festa ta’ l-2005 tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. Kien jiratta dwar il-pittura żgħira (imma sabiħa) li hemm (minsija) fis-sagristija tal-knisja ta’ l-Imqabba. Kien indirizzat lil persuna li toqgħod il-Belt, u mibgħut minn persuna oħra toqgħoq Santa Venera. U mid-dehra dan l-artiklu kien wasal sa għand xi patri Malti joqgħod l-Italja, li tant għoġbu li bgħat kopja lil niesu li joqgħodu Malta, staqsa min jien (oho!) u li jridni nibgħatlu kopja tal-kulur ta’ dik il-pittura! U faħħar ħafna l-istil tal-kitba tiegħi (ohohoho)! Grazzi, padre! You made my day. Frankament, u umilment, kemm jien kapaċi! Issa assedju sa ma nsib in-negattiva.

2 comments:
Ibghatlu kopja digital dijer. Jew inkella printout mid-digita. Jidher li ghandek stampa digital la uploadjajta on the blog.....
rosie posie
Hawn hu l-Padre! Kemm saret zghira d-dinja!
Jonathan ir-ritratti tieghek diga' wasluli Ruma! Grazzi hafna ta' l-interess u l-ghajnuna tieghek. Jien qed nigbor taghrif dwar dak kollu li ghandu x'jaqsam mad-devozzjoni tal-Madonna tal-Karmnu f'Malta u Ghawdex u r-ritratti tieghek komplew kabbruli l-kollezzjoni tieghi ta' kwadri, statwi, nicec, ex-voto, ecc. Niehu gost jekk inti jew min jaqra dawn il-kelmtejn jibghatli xi taghrif iehor. L-indirizz tieghi huwa acilia@ocarm.org.
Tislijiet.
Anthony Cilia, O.Carm.
Post a Comment