Il-Ġimgħa, 2 ta’ Marzu 2007

public speaking....

Nahseb l-aktar haga interessanti li kelli llum kienet li kellna t-tieni seminar tal-public speaking u kellna ngahmlu tahdita qasira kull wiehed. Nghid id-dritt ma kellix problemi biex naghzel it-tema, imma xtaqt insib xi stampi li bqajt ma sibthomx. Tiskanta! Go librerija daqsiex li fiha ssib (kwazi) kull xorta ta' ktieb, dak il-wiehed li ridt ma sibtux (u aktar tinharaq meta jkun hemm kotba ohra ta' l-istess tema lijkun hemm xi 4 kopji taghhom! gmrph!) Insomma... bhala tema ghazilt il-pittura ta' Emvin Cremona li hemm gol-knisja tar-rahal, peress li sen'ohra taghlaq 60 sena u peress li kienet l-ewwel pittura ta' Cremona li sabet ruhha mdendla go knisja. Din hi t-tahdita li ghamilt:


Dis-sena jaħbat is-60 anniversarju (*) minn meta l-pittura ta’ Kristu msallab, xogħol Emvin Cremona, tpoġġiet fil-knisja tal-Imqabba wara li dik li kien hemm qabilha ċċartet meta waqgħet il-knisja fid-9 ta’ april 1942.
Cremona twieled fl-1919 u spiċċa l-istudji tiegħu fl-1947 u hekk kif gie lura minn Londra rċieva żewġ kummissjonijiet, l-ewwel waħda għall-knisja ta’ l-Imsida biex ikompli fejn ħalla Antonio Inglott u oħra għal din il-pittura. Nifhmu li peress li fl-Imsida kellu jpitter saqaf sħiħ, ix-xogħol ħa ċertu żmien. Għalhekk din il-pittura tal-kroċifissjoni hija l-ewwel pittura ta’ dan l-aqwa artist Malti tat-tieni nofs tas-seklu 20 li ddendlet ġo knisja f’Malta.
Min għandu idea tal-pittura sagra ta’ Cremona jaf li hu kellu idjoma stilizzata ħafna, biss f’dan ta’ l-Imqabba ninnutaw ħaġa interessanti ferm. Minkejja li diġà nsibu ħjiel ta’ l-istil li Cremona għamlu tiegħu aktar tard fil-karriera, naraw li fl-għażla tal-kuluri hu rrispetta ħafna l-istil barokk tal-knisja li kien fiha kellha titpoġġa l-pittura.
Apparti l-istilizazzjoni, Cremona, bħalma titlob il-kultura ta’ żmienna ma jdaħħalx dettalji żejda fil-pitturi tiegħu. Kull waħda jkollha punt fokali u aktar kemm titbiegħed minnu inqas tkun ċara l-istampa. Dan narawh fl-impostazzjoni tad-dawl f’dil-pittura tal-kurċifiss kif ukoll f’pitturi oħra.

Biex ngħalqu ngħidu li, bla dubju, din mhix waħda mill-aqwa opri ta’ Cremona, imma fiha tixhed il-professjonalità tiegħu f’li jirnexxilu joħroġ b’xi ħaġa ta’ stil partikulari imma bla ma tistona f’ambjent artistiku differenti.


(*) Owkej, din kienet gidba biex taparsi l-pittura ghalqet sittin sena dis-sena. Licenzja interlokutiva.


Ezatt wara mbaghad kelli session mat-tfal tal-Form 4 - li kont nghallimhom sentejn ilu. Kibru, avolja xi behavioral traits baqghu l-istess...

No comments: