It-Tnejn, 12 ta’ Marzu 2007

Ġw 13, 15

Dal-għodu, wara diversi ġranet, letteralment ma flaħtx inqum! L-iżeljarin tfejtu u dawwartu jħares lejn il-ħajt u bqajt rieqed sakemm qajjimni l-għajjat (for want of a better word) waqt l-assembly. Ma domtx ma ġejt f’tiegħi u morna sa l-Uni. Kien hemm tumbata u kaxkart il-qiegħ tal-karozza. Bidu ħażin.
Waqt il-Christology ppruvajna nispjegaw xi tfisser li l-Madonna ttellgħet is-sema bir-ruħ u l-ġisem u għala Ħ’Attard għandhom statwa tal-Madonna bl-isħab taħtha! OMG! Jien ikkonkludejt li tagħna aqwa għax taħtha għandha qabar. U tal-fidda!
Wara morna sa għand il-kapuċċini u ftiehmna t-tema tad-djakonat: “Kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll”. Togħġobni. Issa ngħidu lill-Eċċellenza speaker u lill-artist li se jagħmlilna s-santa.
Lura hawn il-film Hercules kont se narmih għax weħel il-bieraħ u reġa’ weħel dalgħodu waqt it-transfer minn tape għal-mpeg! U l-kanna hi li l-ebda file ma qiegħed jaħdem! Tajjart kollox u bdejt nagħmlu siegħa siegħa. Daħal. Njh njh njh. Bir-reklami twil xi tliet siegħat. Dwar xi kwalità hu ma nafx għax biċċiet rajt.
Għamilt xi siegħa u nofs mat-telefon flok Reuben. Nixtieq inkun naf għala t-telefon operators tal-kliniċi tal-gvern ma jagħmlux differenza bejn dermatologst u podologist! Għala tistaqsi għal wieħed jibgħatuk għand l-ieħor!?
Waqt il-quddiesa d-djaknu xeraq, padre padre…. Dak id-daħk kollu ma jagħmilx ġid.
L-assistent amministratur tal-Melita Theologica ġie qalli li l-editur irid żewġ kopji ta’ l-ewwel numru tas-supplementary series… tajba wkoll! Bil-kemm baqa’ kopji ta’ l-aħħar numru, aħseb u ara ta’ l-ewwel! Mort inqalleb ġo l-uffiċċju (fih inqas taqlib milli niftakru ħames snin ilu meta dħalt fil-kumitat l-ewwel darba!) u anqas biss sibt kopja waħda għar-records! Issa joħodhom iż-żewġ kopji!

No comments: