Il-Ħadd, 4 ta’ Marzu 2007

20 sena YF...

Illum jaħbat l-20 anniversarju minn mindu grupp ta’ 20 żagħżugħ u żagħżugħa bdew jiltaqgħu biex jitolbu flimkien u jippruvaw jifhmu aktar il-kelma ta’ Alla… u minn hemm beda l-Youth Fellowship, li għadu ħaj sal-lum. Dan illum ġie mfakkar permezz ta’ pontifikal imqaddes mill-Arċisqof Pawl Cremona op flimkien ma’ bosta saċerdoti li matul is-snin taw is-servizz tagħhom f’dan il-grupp. Ma naqsux milli jkunu preżenti saċerdot u seminaristi (ehm) li fl-imgħoddi kienu jiffurmaw parti minn dan il-grupp.
Ikolli nammetti li wara 7 snin nieqes mill-YF, ir-ritorn li għamilt illum ġabli lura koċċ memorji sbieħ. Ħadt gost nerġa’ nitkellem ma’ ħafna ħbieb ta’ l-imgħoddi li b’xi mod jew ieħor għenna lil xulxin biex nifhmu iżjed l-imħabba li għandu Alla għalina. Ma stajtx ma ninnutax kemm kbirna u nbdilna. Corinne qaltli li nidher li xjaħt (fuq din nitkellmu aktar ‘il quddiem Mrs Grixti, stenna sa ma tiġi tqerr għandi!), però mbagħad irriformulatha u qalet li għax nidher immaturajt ħafna! (Wow! Ħfirtlek!) Meta kkummentajt ma’ Katrine li xjaħt qaltli (b’dik id-daħka unika tagħha li qatt ma nsejt) “Haven’t we all!?” U naħseb li veru dak hu s-sabiħ tal-ħajja… dak li nagħmlu qatt ma nagħmluh waħedna. Jekk nixjieħu, nixjieħu f’daqqa, b’mod li f’għajnejn xulxin qisna nibqgħu dejjem l-istess… Imma l-isbaħ ħaġa li qaltli Katrine, u li naħseb se nibqa’ nġorrha għal ħafna żmien f’qalbi kienet meta bdejna nitkellmu fuq l-Arċisqof il-ġdid: “I really like this archbishop because he makes want to be a better Christian!” Minn fommok ‘l Alla Kat! J’Alla kulħadd jaħsibha bħalek!

P.S. agħtu daqqa t’għajn il-website tal-grupp: www.yfellowship.org. Veru tal-ġenn.

No comments: