
Barra minn dan illum kienet ġurnata diżutli għall-aħħar. L-università kważi rqadti – ħlief waqt il-Christology, naturalment. Interessant li elf u seba’ mitt sena ilu n-nies li kienu jmorru għand il-grocer (ie fuq is-suq) u l-beautician (ie fil-public baths – jekk hux saunas jew lattrini ma speċifikax) kienu joqgħodu jitkellmu fuq Kristu u dwar jekk hux daqs Alla jew le. Bigods! Immaġina llum lil Sophie titkellem ma’ Cynthia fuq Kristu waqt li qiegħdin għand it-Tony and Guy! Jew lil Steven u Jake jitkemmu fuq is-sustanza ta’ Alla waqt li qiegħin f’xi sauna! (Naħseb it-tema tista’ tkun sustanza, imma tkun ontoloġikament… ehm… diversa…) Interessanti wkoll li meta ma kienux jaqblu kienu jiġġieldu u jagħtu n-nar lil x’imkien! Xejn ġdid – aħna ma noqtlux għall-qaddisin u l-festi?!


Wara dan, laqgħa tal-vokazzjonijiet mat-tfal tar-raħal. Ġew tnejn… almenu aħjar minn wieħed jew xejn. Imma l-livell ta’ edukazzjoni reliġjuża li kellu wieħed minnhom kienet ta’ l-għaġeb. Sabuhom l-għadam ta’ Ġesù? Jekk tmur il-ġenna tkun tista’ terġa’ titwieled hux? Il-Madonna għalfejn qgħadet tibki meta ltaqgħet ma’ Ġesù bis-salib? Ġesù waqa’ tliet darbiet għax għamlulu n-nases fit-triq?
Oh MY god!
Sadattant iċċekkjajt 42nd Street u Meet me in St Louis u ġew tajbin!
No comments:
Post a Comment