L-Erbgħa, 28 ta’ Marzu 2007

Fl-aħħar waslet… u għaddiet

Eħħħ! Fl-aħħar għaddiet, u għaddiet b’wiċċ il-ġid għall-grazzja ta’ Alla! Fil-għodu (il-bieraħ) ħadt lil Dr David Hay sal-Belt biex jara l-Aula Magna. Niżżlu Andrè (minħabba li l-karozza tiegħu tidħol il-Belt), jien inżilt ma’ Michael u domna nduru nofs siegħa biex insib nipparkja – il-kanna kienet li nsejt il-kartiera allura ma stajtx nidħol ġol-parking. Offra li jħallas Michael u rranġajna. Lil Hay sibtu bil-qiegħda fuq l-għatba jistenna (OMG!). Irranġajna, kollox ħadem sew u ġejna lura. Wara nofsinhar iddeċdejt li ma nippruvax nistrieħ għax kont naf li mhux se jirnexxili, so bqajt nilgħab bil-pc u nirranġa l-kamra u nagħti. Grazzi speċjali tmur lill-akbar fan ta’ dal-blog, Al, tas-sapport li tatni matul il-ġurnata b’diversi messaġġi li bgħatitli biex tikkalmani u tgħinni ngawdiha flok neqred kontirha! Fil-17:00 tlaqt ma’ Robin u George.
Is-serata marret tajjeb ħafna. Kellna l-programmi bil-kulur, kortesija ta’ Rita u Albert P., Michelino mal-video, recording live, kant minn Dorothy Bezzina, mużika ta’ Christine Zerafa (kelli l-vouchers għalihom bħala rikonoxximent, u nsjethom), poezija miktuba għall-okkażjoni minn George u moqrija minnn benefattriċi kbira, u l-fjuri ta' Machael kienu formidabbli. Id-diskors tal-pres (ehm) kien tajjeb, imma l-Bli Bli wara qalli li stenna xi ħaġa aktar ‘bubbly’ mingħandi, mhux lecture ieħor. Ċerti nies bla kultura u bla rispett!! X’ikollok tissaporti meta jkollok pożizzjoni għolja u tkun importanti!
L-arċisqof donnu ħa pjaċir. Tbissem ħafna (xejn ġdid) u ħa gost jiltaqa’ ma’ l-istudenti. F’nofs id-diskors tagħni minta. Ajma Pawl kemm int gustuż! Qlajt prosit mingħandu tad-diskors (Bli Bli tista’ tmur tixxejjer!).
Wara ħriġna nieklu – Hay ġenninni għax ħa l-pilloli u eżatt wara xorob l-inbid! OMG. Ġejna lura s-seminarju u, minkejja l-ĦAFNA xogħol li ħadt, ħassejtni ħafna aħjar…

3 comments:

Ale said...

Aw Prez Xej Sew

Grazzi talli rringrazzjajtni!!! Ma kontx qed nistennieha...!!!! hehe Ili ma naqra your daily sproutings of wisdom (and wise cracks) cos my computer decided to go belly up this week hehe... I don't know what it is with me and my computers! They give up on me!

Insomma Prez, prosit (ga ghidtlek a voce...imma nothing wrong in recording it for posterity on the WWW!!)

Keep it up... (LOL)

Hehe.

Ale said...

ummmm insejt il-poezija ta' Gorg...:(

Ganni x-XeJn SeW said...

10x for reminding me al!