Il-Ġimgħa, 9 ta’ Marzu 2007

X'imkien bejn l-infern u s-Saltna ta' Alla...

Illum kienet ġurnata mimlija bla ħsieb…
Fil-għodu qajjimni r-ragħad għall-ħabta tal-5:30 u ħsibthom is-6:30. Meta ndunajt li stajt nibqa’ siegħa oħra fis-sodda nisma’ r-ragħad u x-xita tgħidx kemm ixxaħxaħt! Veru kien hemm irdoss. Fis-7:00 qomt totalment f’sensija u għamilt ġurnata sħiħa bomba, bla ma għajjejt xejn u anqas qabadni ngħas!! Ara veru l-ġisem iħawwad kif irid!
FL-AĦĦAR spiċċajt nagħmel il-kopji għal sħabi tad-DVDs tal-Kandidatura u l-Lettorat. Issa lesti, kullma jonqos l-artwork tal-qoxra u l-label! Hallel… le bil-ħaqq fir-Randan mhux suppost!
Fil-11:00 sabni s-surmast u qalli mmur miegħu nixtri l-kotba għal jum il-premjazzjoni. Domna xi 3 siegħat induru għand aġent u dealer u nfaqna xi Lm950 – imma xtrajna kotba sbieħ (fil-fatt naħseb nerġa mmur s’għand wieħed minnhom nixtri xi koċċ kotba li ilni ma narhom għall-bejgħ żmien u għomor!) Wieħed minnhom, id-DBL tani omaġġ ta’ ktieb ta’ studji kritċi fuq “Is-seba' tronġiet mewwija” – niftakar meta qrajtu kien saħħarni.
Kif ġejt lura kelli madwar kwarta ċans niscannja koċċ dettalji minn żewġ pitturi li kelli nippreżenta waqt is-session tal-kors dwar il-public speaking… anqas ħaqq il-panic għax ma lħaqtx għamiltha tiegħi! (Dan biex ma nsemmix il-ġiri li ġrejt biex insib projector peress li Dun Nikol kien ma’ l-arċisqof u l-bqija tal-bosses il-Fawwara, ergo kullimkien kien imsakkar u ma stajtx insib wieħed readily available!!)
Minn hemm mort siegħa u nofs mat-telefon – wieħed mill-bosses għandu ĦAFNA fans għax dardruni jċemplu kull 5 minuti!
Wara l-ikel rajt biċċa minn "Xarabank" – erġajna bl-għerf tan-Newborn Christians! Kien hemm waħda qed tinsisti li fil-Bibbja hemm miktub li l-effemminati ma’ jidħlux fis-Saltna ta’ Alla – “Hekk hu għax hekk tgħid il-kelma ta’ Alla!” “Iġifieri se jmorru l-infern?” “Le, mhux hekk qed ngħid. Kullma qed ngħid u li ma jidħlux fis-Saltna ta’ Alla!” Mela fejn se jmorru Doris, ħi? (By the way, “Doris” kienet qed titkellem għax taha permess żewġha li he was born in Australia, għax fil-Kelma ta’ Alla hemm miktub li l-mara hija suġġetta għar-raġel u m’għandhiex titkellem fil-pubbliku!) OMG! Ara veru l-imġienen jiġru barra qiegħdin! Anzi, jidhru fuq it-tv! Anqas kont nemmen li hawn min għadu b’dil-mentalità fl-2007! Daqt nerġgħu lura għall-mentalità li l-mara hi fabbrika tat-tfal u xejn iżjed! Ċiss!!
Bil-ħaqq, il-bieraħ spiċċajt naqra Interesting Times. Veru tajjeb.

No comments: