
L-iżveljarin kont se narmih mit-tieqa… imma kelli nobdih. Qomt u fis-6:25 kont qiegħed Birkirkara. Il-knisja veru tidher stramba bil-faċċata bla bieb! Il-ġbir mar tajjeb – fl-ebda quddiesa ma kienet ippakkjata l-knisja, imma n-nies kienu ġenerużi. Waqt li kont hemm, bejn quddiesa u oħra smajt diversi stejjer dwar it-twaqqif tal-parroċċa u l-qerda ftit ftit tal-festa. Nammetti li qamitli l-kurżità biex immur nara lil San Ġużepp ħiereġ bil-karru nhar il-31 ta’ Mejju (għax dis-sena dakinhar se ssir). L-istatwa sabiħa imma kbira wisq biex toħroġ mill-bieb u jridu letteralment ikaxkruha!
Wara nofsinhar mort id-dar u qgħad inpaċpaċ ma’ ħuti u ma’ ommi. Sibt l-
email ta’ dak il-proxxmu li mill-Italja qed jirnexxilu jiddobba l-artikli tiegħiħewd… Fis-sens:
tajjeb li l-artikli qed jintogħoġbu u qed ikollhom ċerta ċirkolazzjoni, imma l-
Italja! Gott! Ma kontx ippreparat għal xi ħaġa hekk! Insomma ħabat tajjeb li għandu
email għax se niffranka milli noqgħod inqalleb ġon-negattivi! Njh njh njh.
Erġajt mort għall-ġbir. Fl-aħħar quddiesa kont se norqod għax dal-lejl ma rqadx xi ħafna…

Wara ltaqjt ma’ ħuti morna nieklu mix-Xara Palace. L-ikel t’hemm (speċjalment id-deżerti) dejjem għoġobni. (Mill-ġdid: m’hemmx kommixin!). In-Newborn Christians irriżultaw materja interessanti għad-diskussjoni. Anke l-brimb ta’ Cambridge. Anke

l-knisja bla bieb fejn kont qed niġbor.
Fil-għaxija, lura ġol-kamra,
Augusto parte seconda beda jtini l-problemi biex jaħdem sew, imma issa, fl-aħħar donnu ċeda. Iġri nħassru mill-pc ħalli nagħmillu ftit spazju. L-ewwel parti ħadmet bla problemi.
Inant (bħalma dejjem nagħmel) qbadt naqra ktieb ieħor, avolja ta’ qablu bdejt l-bieraħ u għadni ma spiċċajtux. Did-darba mess
Enemy of God.
No comments:
Post a Comment