Is-Sibt 17-03-07 għall-ewwel darba, bħala kumitat ta’ l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, organizzajna rtir għall-istudenti sħabna. U kien suċċes!! Tant kien suċċess li ġew aktar nies milli kienu fil-fatt avżaw li ġejjin (insomma,
being Maltese, m’hemm xejn ta’ barra minn hawn b’daqshekk). P. Martin għamel riflessjoni VERU tajba dwar id-dixxipulat f’San Mark. Spiss nagħmlu bħad-dixxipli, u minkejja li dejjem imdaħħlin fl-affarijiet ta’ Teoloġija u ta’ Knisja, qatt ma naslu biex verament inrattbu qalbna għal dak li jkun qiegħed jgħidilna l-Mulej. Kull mument minn dan in-nofs ta’ nhar kien sabiħ: sew it-talb tal-bidu li pprepara Michelino, sew it-taħdita tal-patri, sew il-ħin tat-tè flimkien, sew il-mumenti ta’ silenzju, sew il-quddiesa bil-mużika pprovduta mix-Xixu l-Fitzy, u anke l-ħin ta’ l-ikel. (Naturalment m’hemmx għalfejn insemmu ż-żewġ taħdidiet li għamel il-PrEs XeJn SeW fil-bidu u fl-aħħar…) Imma naħseb li l-isbaħ mument kien meta waqt il-quddiesa diversi minna qasmu l-ħsibijiet tagħhom. Nemmen li aħna stess nistgħu nkunu l-aqwa għalliema għal xulxin f’mumenti bħal dawn.



Prosit u grazzi ħbieb, j’Alla ta’ warajna jimxu fuq il-passi tagħna.
4 comments:
Prosit Pres Xejn Sew,
You're proving to be one hell (excuse the paradox!!) of a TSA Prez! As I had told you once not so long ago, you are a great leader...kompli sejjer hekk...can't wait to listen to your pearls of Wisdom on Aquinas Eve! You go Prez!!!
ehm.. thanks Al. Should you have any suggestion about that bloody speach please do put it forward because I'm at the moment experiencing writer's block!! :P
ija issa nibghatlek xi ideat...is-suggett interessanti hafna ....
Post a Comment