Kultant tistaqsi jekk jeżistux xi forma ta’ iħirsa li jieħdu gost jaħbu l-affarijiet! Qatt ġralek li tkun ĊERT li għandek xi ħaġa partikulari u tibqa’ ma ssibha MKIEN? Bħalissa għaddej minn waħda; ma nistax insib l-ewwel parti tal-film
Imperium:Augustus u tgħidli qalbi se jkolli nerġa naħdmu. Dan biex ma nsemmix it-tliet DVDs tal-kandidatura u l-ministeri! U barra minn hekk hemm ukoll l-i
scripts ta’ diversi Aquinas Evenings mgħoddija li ma jinsabu mkien. Ġol-file ta’ l-Għaqda ssib KOLLOX – anke l-i
script twil paġna waħda ta’
sketch veru stupida li kienu għamlu l-
Anthropology Association xi 4 snin ilu! U l-i
scripts tal-
compères IMKIEN, bigods! U s-saħta donnha estiża għax ħadd mill-
compères ta' l-aħħar 4 snin ma jista' jsib wieħed! U kelli speċi ta’ nipprovizza wieħed fuq l-
email biex ma nbellax xogħol żejjed lil sħabi tal-kumitat! Grrrrrrrrrr

Barra minn dan illum kienet ġurnata diżutli għall-aħħar. L-università kważi rqadti – ħlief waqt il-
Christology, naturalment. Interessant li elf u seba’ mitt sena ilu n-nies li kienu jmorru għand il-
grocer (ie fuq is-suq) u l-
beautician (ie fil-
public baths – jekk hux
saunas jew lattrini ma speċifikax) kienu joqgħodu jitkellmu fuq Kristu u dwar jekk hux daqs Alla jew le. Bigods! Immaġina llum lil Sophie titkellem ma’ Cynthia fuq Kristu waqt li qiegħdin għand it-
Tony and Guy! Jew lil Steven u Jake jitkemmu fuq is-sustanza ta’ Alla waqt li qiegħin f’xi
sauna! (Naħseb it-tema tista’ tkun sustanza, imma tkun ontoloġikament… ehm…
diversa…) Interessanti wkoll li meta ma kienux jaqblu kienu jiġġieldu u jagħtu n-nar lil x’imkien! Xejn ġdid – aħna ma noqtlux għall-qaddisin u l-festi?!

Imbagħad mort s’għand sieħbi biex tani abbozz ta’ pittura għad-djakonat u weħilt hemm nilgħab ma bintu – li kważi qalgħet fuq spalltni u m

a nafx il-għala qisha kienet qed tifttex xi ħaġa ġol-flokk….
Wara dan, laqgħa tal-vokazzjonijiet mat-tfal tar-raħal. Ġew tnejn… almenu aħjar minn wieħed jew xejn. Imma l-livell ta’ edukazzjoni reliġjuża li kellu wieħed minnhom kienet ta’ l-għaġeb. Sabuhom l-għadam ta’ Ġesù? Jekk tmur il-ġenna tkun tista’ terġa’ titwieled hux? Il-Madonna għalfejn qgħadet tibki meta ltaqgħet ma’ Ġesù bis-salib? Ġesù waqa’ tliet darbiet għax għamlulu n-nases fit-triq?
Oh MY god!
Sadattant iċċekkjajt
42nd Street u
Meet me in St Louis u ġew tajbin!