Illum kelli l-ewwel laqgħat formali fil-parroċċa, ċioè tajt l-ewwel laqgħat formali. L-ewwel kienet ma’ l-abbatini u l-oħra maż-żgħażagħ. L-abbatini veru grupp ħelu, u Alla jbierek veru ma joqgħodux lura milli jistaqsu u jipparteċipaw! (Ok kultant isaqsu l-istess affarijiet, but…)
Iż-żgħażagħ storja oħra. Il-laqgħa għamilnieha forma ta’ prayer meeting u t-tema kienet il-qrar u l-maħfra tad-dnubiet. Ma tantx wieġbu għall-mistoqsijiet, imma qgħadu attentissmi. Ma kienx hemm ħoss waqt il-laqgħa u wara dak li jmexxi qalli li kienet tajba ħafna – grazzi lil kull min qal xi talba wara li qara l-blog ta’ nhar it-Tnejn.
Meta ġejt lura d-dar sibt li d-desk tiegħi għandu okkupant ġdid li jieħu naqra spazju sew… avolja jekk jibqa’ jżomm il-post li ħa (u d-desk jibqa’ vojt, that is) m’għandux itellifni żżejjed… sakemm ma niddeċidix li nagħmel stuffat.

3 comments:
Jekk ghandek aptit stuffat, I suggest li tistenna sax-Xitwa ghax bhal issa suf u ghadam biss issib.
Ci
Dear kont ghadek ma rajtx l-istampa ta' tak li jista' jispicca suffat...
YES kont rajths...u ridt infisser li fis-Sajf il-qattusa, bhal qtates kollha, tant tinxef li ma ssibx x'tiekol.
Ma jonqosx li wara issir stuffat int :D
Post a Comment