
Santa Prixilla, il-mara ta’ San Aquila. Mara Lhudija li flimkien ma’ żewġha ħaddnet il-Kristjaneżmu, laqgħet lil Pawlu għandha f’Efesu u f’Korintu, u darha f’Ruma kienet tintuża bħala knisja. Mietet martri flimkien ma Aquila. Dak kollox… imma x-xhieda li ttina din il-mara hija waħda kbira. Kienet taqla’ l-għajxien flimkien ma’ żewġha billi taħdem is-sengħa tagħha, kienet tilqa’ f’darha lil min kien ikun qed jivvjaġġa, laqgħet f’darha lil kull min kien irid jadura lil Alla l-veru u tat ħajjitha għal Dak li kienet temmen fih. Xhieda qawwija fil-ħajja, xhieda qawwija fil-mewt.
No comments:
Post a Comment