
Qaddisa ta’ żmienna, imma bi storja ta’ eroina medjevali! Santa Marija Goretti, it-tfajla tas-seklu XX li għażlet li tmut flok li tilqa’ t-tkasbir. Forsi kieku għażlet troq oħra kienet tinqala’ mill-faqar li kienet tgħix fih. Min jaf? Imma hi, minkejja li ta’ età żgħira ħafna, għarfet fejn kien l-aqwa ġid. Ħaġa li laqtitni minn mindu kont żgħir fl-ikonografija ta’ din il-qaddisa kienet li spiss tiġi rrapreżentata bħal xi qaddisa ta’ l-ewwel snin tal-Knisja jew tal-medjuevu: tfajla b’dijadema madwar rasa u bil-palma u l-ġilji f’idejha. Dit-tfajla, bħal Kristu, ħafret lil min qatilha.
Min jaf x’ħasset ommha meta l-Papa Piju XII ipproklamha qaddisa quddiem 250000 ruħ! Kienet l-unika darba li omm kienet preżenti għal kanonizzazzjoni ta’ xi ħadd minn uliedha.
Mhux li kien ilkoll kemm aħna ngħarfu, bħalha, npoġġu l-prijoritajiet tagħna kif suppost!
No comments:
Post a Comment