Il-bieraħ ittrinajt fil-quddies tal-parroċċa (barra l-quddies ta’ l-Ordinazzjoni fil-għaxija) – naraw la nqaddes inkomplix bil-vizzji ħżiena!! Imma ħadt pjaċir.
Dalgħodu għamilt nofs ta’ nhar nagħti mal-kamra tiegħi sakemm irnexxieli nġibha fi stat abitabbli. Wara diversi xhur irnexxieli nerġa’ nikxef il-wiċċ tad-desk u l-wiċċ tas-sodda ż-żejda. Tiskanta – il-kulur tagħhom minn żmien għall-ieħor ninsih, tant ikun hemm imbarazz fuqhom. Issa, la l-pc tfajtu fuq, irrid li d-desk jibqa’ VOJT. Ħa.
Dalgħodu għamilt nofs ta’ nhar nagħti mal-kamra tiegħi sakemm irnexxieli nġibha fi stat abitabbli. Wara diversi xhur irnexxieli nerġa’ nikxef il-wiċċ tad-desk u l-wiċċ tas-sodda ż-żejda. Tiskanta – il-kulur tagħhom minn żmien għall-ieħor ninsih, tant ikun hemm imbarazz fuqhom. Issa, la l-pc tfajtu fuq, irrid li d-desk jibqa’ VOJT. Ħa.
Wara nofs inhar bdejt maratona. L-ewwel kelli laqgħa mal-kappillan dwar il-gruppi li hemm fil-parroċċa. Ħawwadli l-wires – naħseb li hemm mal-35 grupp! Il-focus se jkun l-aktar fuq iż-żgħażagħ, barra mis-Summer Club, ovvjament. Imbagħad il-kapo ħadni nawra bil-karozza biex nara l-konfini – OMG! Ma kontx naħseb li r-raħal hu hekk kbir.
Wara dan mort sa l-Università għall-ewwel laqgħa tal-KPS. Kont l-ewwel li tajthom ir-rapport tal-ħidma tas-sena ta’ l-Għaqda tagħna. Warajja kien hemm il-Graffiti. Konnha numru tajjeb, u peress li mar id-dawl għamilna l-laqgħa barra, fl-Atriju Vassalli. Kien hemm koċċ kummenti VOJTA minn membri ġodda. Għamilt hemm sas-19:15 għax wara kelli laqgħa oħra.
Ġirja lura sa Ħ’Attard – fit-triq waqaft nara lil wieħed sieħbi, imma ma kienx hemm. Grumble grumble.
Mort għall-ewwel laqgħa ta’ evalwazzjoni ma’ nofs il-gruppi – ma domniex bħall-KPP tal-ġimgħa l-oħra. Imbagħad lura għall-uffiċċju biex nifformulaw programm għal din il-ġimgħa. Tkellimt ftit mas-segretarja tal-KPP. Nhar l-Erbgħa suppost kelli mmur ċerimonier ma’ l-Arċisqof, imma se jmur iċ-ċerimonier uffiċċjali, so aċċettajt li nagħmel prayer meeting għaż-żgħażagħ. Min qiegħed jaqra’ għandu l-mandat biex jgħid talba għalija. :)
Wara qgħadna fuq iz-zuntier nitkellmu fuq il-ġimgħa li ġejja. Bad idea. Very. L-ewwel ġie jkellimna anzjan mir-raħal, imbagħad ġejna assaliti minn grupp nisa – naħseb tal-Grupp Sant’Anna 60+. Imbagħad kienet għaddejja Lily (k/a Lela) u waqfet tgħidli li spiss qed tkun lejn Ħ’Attard, li Doris sejra bil-Logos (ir-rivista ta’ l-Għaqda Studenti tat-Teoloġija) tagħha Leuwen u li hi qed ixxerred id-devozzjoni lejn dan il-blog. O. Imbagħad, meta ppruvajna nerġgħu mmiddu rasna għax-xogħol nisma’ koċċ daħk u nara lil oħti quddiemi. Waqfet qisha strublata hekk kif ratni quddiemha, poġġut fuq l-għatba tal-knisja. U kien hemm iż-żewġ kantanti l-oħra magħha, waħda suppost qiegħda l-Canada. Wara l-introductions keċċejthom ‘l hemm ħalli nkomplu. Domna sa xid-21:30.
Ġejt lura d-dar u ftakart li kelli stedina għand il-ġara għal party żgħir għar-reverendissimu Dun ħuha, ordnat il-bieraħ. Inħsilt u mort. Qabel ħabbatt kelli d-diċenza nċempillu… u mnalla għax kienu spiċċaw u evitajt li naqa’ waqa’ għaċ-ċajt…
No comments:
Post a Comment