
Arrestawha (xejn ġdid) u rieduha tiċħad il-fidi (xejn ġdid anqas hawn). Ittorturawha. Tefugħa ġo borma żejt jagħli u ma ġralha xejn. L-imperatur Antoninu staqsieha għamlitx xi maġija biex tberred iż-żejt. X’għamlet? Qabdet ftit f’idha u tefgħetulu f’wiċċu, ħarqitulu u għamietu. Oh! Fejjqitu u sar nisrani (ħa!). Meta nbidel l-imperatur reġgħu bdew il-persekuzzjonijiet. Tefgħuha ġo bir ma serp velenuż. Għamlet is-sinjal tas-salib fuqu u nqasam fi tnejn! Reġgħu ttorturawha sakemm qatgħu qalbhom u qatgħulha rasha. (Mill-istampa jidher li reġgħet kibritilha, imma baqgħet mejta).
Lezzjoni: forsi kultant bit-talb u l-azzjonijiet tagħna anke dawk stess li jagħmlulna ħajjtina nfern jistgħu jinbidlu, bħala kien il-każ ta’ Vinny u Antoninu.
No comments:
Post a Comment