
Bħalma jiġri spiss, diffiċli tgħid le! Wara l-festin (
festun) tad-Dun Josef mort sas-Swieqi għal
surprise party li għamilna lil Mary, waħda mill-aqwa ħbieb li għamilt mill-esperjenza ta’ Palermo. Bażikement iltqajna l-parti mill-klikka li bqajna Malta. Lil Debbie, wara xi erba’ xhur tqala, fl-aħħar bdiet tidhrilha żaqqha u veru kienet ferħana għax illum ħasset lit-tarbija tiċċaqlaq għall-ewwel darba. Kemm tifraħ mara meta tkun taf li se ssir omm!
X’ħin wasalt l-ikel kien spiċċa kollu :(, imma xorta ħadna pjaċir inpaċpċpu u nidħku. U Mary, avolja tgħid li she hates surprises, hadet ħafna pjaċir ukoll.
No comments:
Post a Comment