Dan jaħbat iben ta’ suldat u fil-fatt f’żogħżitu sar suldat hu ukoll. Mill-kitbiet dwaru jidher li kellu l-fiżjonomija ta’ ġgant għax kien twil 6 piedi u nofs! Kien iħobb jilgħab u wara ftit tilef kollox u kellu jidħol jaħdem ta’ bennej mal-Kapuċċini. Din l-esperjenza kkonvertietu. Sar novizz Kapuċċin tliet darbiet, imma ferita f’siequ (li kien ġarrab meta kien suldat) dejjem għamlitlu wisq ostakli biex ikun jista’ jkompli. Mar Ruma u daħal fi sptar imwaqqaf minn San Filippu Neri bħala pazjent, imma wara xi snin sar l-amministritatur tiegħu (rags to riches?) Insomma, ispirat minn dan ix-xogħol waqqaf il-kongregazzjoni tal-Kamelljani li jieħdu ħsieb il-morda. Fil-morda hu kien jara x-xbieha ħajja ta’ Kristu.X’nigħallmu? Forsi esperjenza qarsa tista’ tiġi użata minn Alla biex iressaqna aktar lejH, forsi Alla kultant juża xi ħaġa li ddejjaqna biex jurina t-triq tagħna, forsi nistgħu nieħdu ħafna żbalji, imma qatt m’hu tard wisq biex insibu t-Triq mill-ġdid!
No comments:
Post a Comment