Fil-għodu mort sal-qasam tal-Museum tar-raħal u fl-aħħar irnexxieli niġbor il-midalja kommemorattiva tal-fidda, tifkira tal-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. Għedt “fl-aħħar” għax, ehm… ilha ftit tistennieni u meta mort għaliha s-Superjur kien waqt laqgħa u ma ridtux jinqala’. Insomma, waslet. Sabiħa.
Lura d-dar kien hemm missieri li qalli li ommi qaltlu li rat kullimkien ilma. Ħolmot? Li ġara kien li minħabba r-riħ li għamel dal-jumejn, pipe minn fuq il-bejt (li sinċerament m’għandi l-ebda idea missieri għalfejn għamlu) inqala’ minn mat-tank u ħasel kull m’hemm: il-bejt l-għoli, il-bejt il-baxx, il-bitħa nterna (mnalla ma daħalx ġo kamra tiegħi għax kien ikollna ċ-ċikċifogu), il-bitħa l-kbira, il-bitħa tal-ġara (OMG) u b’xi mod sab katusa li wasslet biex l-ilma ħareġ barra wkoll. Plumbing. Not my genius.
B’xorti tajba missieri sab jixtrili xi pakkett DVD – R 8x għax wara li xtrali 150 16x (minkejja li ilni sena nħambaq li dawk ma jaqblux mad-DVD rom tiegħi) u ma ħadmulix (surpise!) kien se jtini estru (ir-raġuni hi li għandi l-pc se jispakka bl-ammont tal-videos li tfajt fih, tant li bilkemm baqagħli spazju npoġġi xejn). Insomma, bdejt inbattal.
Fil-għaxija mill-ġdid Ħ’Attard għal żewġ laqgħat tas-Summer
Club, waħda għall-voluntiera u l-oħra għall-ġenituri. Kien hemm konkorrenza tajba ħafna. Qlajt kummenti tajbin mingħand xi ġenituri ta’ żgħażagħ li kienu hemm għal-laqgħa tal-bieraħ. Njh njh njh.

Wara l-laqgħat (li DAMU mill-17:00 sat-20:30) bqajna siegħa overtime naqsmu l-kartonċin. Ma fhimtx eżatt il-għala…
Qbiżt qabża sal-kappella – veru sabiħa, kważi kulljum qed immur fti hemm – u wara ġejt ‘l hawn għax kelli ġuħ ta’ kelb u għejja ta’… ehm… żiemel (?)
No comments:
Post a Comment