
Qaddis tas-seklu V, imma kemm hu attwali! Benedittu kien ġej minn familja nobbli Rumana (ftit snin wara l-waqgħa ta’ l-Imperu tal-Punent). Meta kien qiegħed jistudja, f’żogħżitu, kien skandalizzat mill-imġieba ta’
xejn m’hu xejn ta’ sħabu, għalhekk ħarab lejn Subiaco fejn għex bħala eremita għal tliet snin. Ftit snin wara waqqaf monasteru f’Monte Cassino – kien l-ewwel monasteru li nbena fl-Ewropa (dan kien għadu wieqaf sat-Tieni Gwerra Dinjija sakemm xi tromba bill-Alleati ddeċieda li aħjar jibbumbardjawh ma jmurx ikun hemm xi suldati Taljani moħbijin fih! Illum hemm replika identika tiegħu). Ir-
Regula li kiteb tant ġibdet nies li kellu jwaqqaf 12-il monasteru. Kien hemm min din il-popolarità dejjqitu u pprova javvelenah, imma l-kumplott falla, għax hu bierek il-velenu u neħħielu l-ħsara! Matul ħajtu qered diversi artali u idoli pagani, sakemm miet bid-deni fis-sena 547. Oħtu t-tewmija, Skolastika, hija qaddisa benedittina wkoll.
No comments:
Post a Comment