(Din b’rispett lejn waħda ħabiba tiegħi, fan kbira tal-blog u li kienet fil-kumitat tiegħi ta’ l-GħST s-sena l-oħra. U li gergret ħafna għax waqaft għal xi ġranet peress li kont Għawdex.)
Għad-differenza tal-qaddisa li kkunsidrajna xi ġranet ilu, din hi waħda minn dawk li ma nafu xejn dwarha u li madwarha nbnew ħafna stejjer, u xi stejjer!!
Kristina kienet ġejja minn familja pagana u b’xi mod saret nisranija u spiċċat arrestata. Ommha ppruvat tikkonvinċieha terġa’ ssir pagana, imma bla suċċess. Għalhekk ingħatat il-martirju. Cioè diversi martirji, fosthom:
- tawha n-nar, imma n-nar ħarab minn taħtha u ħaraq nofs il-folla li kienet qed tħares;
- qatgħulha sidirha, u wara minnhom beda ħiereġ il-ħalib (mhux speċifikat reġgħux weħlu jew reġgħux kibru);
- qatgħulha lsiena biex ma tkompliex tippriedka – imma bla lsien leħinha sar aktar ċar u jgħajjat;
- tefgħet ilsienha lil wieħed milli kienu qed jikkundannawha u għamietu (naħseb li she overlooked il-parti fejn Ġesù jgħidilna “lil min itik daqqa ta’ ħarta, dawwarlu l-oħra”… imma then again, ma kelliex ilsien ieħor x’jaqtgħlha! Jew inkella tefgħetulu biex ikompli jqatta’ fih?);
- rabtuha minn għonqa ma’ ġebla u tefgħuha l-baħar biex tegħereq (veru?), imma hemm taħt iltaqgħet ma’ Ġesù li għammidha (mela ma kienetx ġa nisranija!?), u mbagħad San Mikiel reġa’ tellagħha fuq l-art (ma kontx naf li jaf jgħum! Ir-rix suppost jitqal taħt l-ilma, mhux hekk? Forsi l-ġenna qiegħda taħt il-baħar flok fis-sema?)
- sparawlha vleġġa f’qalbha u baqgħet taħtha (x’anticlimax! Imma almenu mhux qatgħulha rasha!)
Jekk San Ġorġ megalomartri, din xinhi?
Lezzjoni: ehm… il-fantażija u l-kreattività huma rigali sbieħ mingħand Alla!
No comments:
Post a Comment