

Dal-għodu f’12:00 inħarget il-vara meraviljuża tal-Madonna tal-Karmnu (Salvu Psaila, 1842) min-niċċa tagħha fl-Oratorju biex iddaħħlet fil-knisja arċipretali ta’ Santa Katarina VM fiż-Żurrieq. Il-ħruġ ta’ din l-istatwa devota minn dejjem kien jiġbidni… min jaf għalfejn… Fis-snin meta kont inkun Palermo f’dal-ġranet, dejjem kont niftakar f’dan il-jum għażiż meta l-vara ta’ Ommna tas-Sema taħt it-titlu tal-Karmnu tinħareġ u bl-entużjażmu li jkun hemm. Il-pjazza kienet ippakkjata bin-nies. L-isbaħ mument naħseb li jkun x’ħin il-Madonna titwaqqaf ħdejn il-kanċell ta’ l-Oratorju u jindaqq l-innu
Fior del Carmel, qabel ma tibda’ ddoqq il-mota ta’ 12:00. Kien hemm koċċ eċitament bil-bżieżaq – li tnejn minnhom intelqu ġol-knisja (l-arċipriet ma ħax gost!). Insomma, apparti din ta’ l-aħħar, kienet okkażjoni sabiħa ħafna.
No comments:
Post a Comment